Home Newsbook L-interconnector għandu jissewwa sa tmiem Marzu

L-interconnector għandu jissewwa sa tmiem Marzu

4
0
SHARE
Advertisement

Enemalta qalet li x-xogħol fuq l-interconnector għandu jkun lest sa tmiem Marzu. Dan, iżda, jiddependi fuq jekk jippermettix it-temp.

L-interconnector saritlu l-ħsara b’ankra ta’ vapur fit-23 ta’ Diċembru tal-2019, li wassal għal qtugħ fil-provvista tal-elettriku. Mhux talli nqata’ l-cable, iżda dan kellu ħsara oħra. Imbagħad ġie identifikat il-vapur u l-assiguranza tiegħu ġiet innotifikata dwar il-ħsara li saret lill-interconnector.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet illum, il-Ministru għall-Enerġija Michael Farrugia u l-Kap Eżekuttiv tal-Enemalta Jason Vella ħabbru li l-ftehim biex jissewwa l-interconnector sar ma’ Nexans.

Miguela Xuereb

Il-vapur li se jagħmel ix-xogħlijiet ta’ tiswija se jiddaħħal Marsaxlokk iżjed tard illum. Il-cable għandu jitgħabba nhar it-Tlieta. Skont il-pjan tal-Enemalta, u jekk it-temp jippermetti, ix-xogħlijiet tat-tiswija se jitlestew sal-aħħar ta’ Marzu.

Il-proċess kollu huwa stmat li jiswa €11-il miljun, imma mill-ġdid, dan jiddependi fuq it-temp.

The post L-interconnector għandu jissewwa sa tmiem Marzu appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here