Home One News L-imħabba mhux f’jum San Valentinu biss

L-imħabba mhux f’jum San Valentinu biss

4
0
SHARE
Advertisement


Jum San Valentinu. Jum il-maħbubin.

Min jirċievi xi warda ħamra. U min xi kaxxa ċikkulatini jew kartolina.

U min ma jiċċelebrax dan il-jum.

Din il-festa tal-maħbubin hija tradizzjoni antika li rat il-bidu tagħha fis-sena 496. Festa li oriġinat ruħha minn festival Ruman bl-isem ta’ Lupercalia li kien jimmarka l-bidu tal-istaġun tar-Rebbiegħa.

Imma l-imħabba f’jum San Valentinu biss?

Propju għal din il-ħabta, il-kantanta Miriam Christine nediet l-kanzunetta “Dil-Mara”. Kanzunetta b’lirika profonda li tispjega li l-imħabba hi sabiħa. Hija qaltilna: “F’dan kollu huwa importanti illi l-imħabba tkun hemmhekk. L-ewwel nett lejk inniffsek, lejn ta’ madwarek mbagħad ehe, anke dik romantika. Ħafna nies ifittxuha – tiġi wkoll. Imma l-importanti li tibqa temmen fiha”

 Hija tenniet li ġġib rispett hija wkoll tip ta’ mħabba oħra.

Intant kienu bosta li għarfuna bis-sigriet tal-imħabba, is-sagrifiċċju. Persuni li tkellmu ma’ ONE News qalulna:

  • “Trid tbaxxi rasek siegħa għal waħda u siegħa għall-oħra.”
  • “Tieħu paċenzja ħafna, taħfer.”
  • “Trid taħdem għaliha biex tkun għal dejjem l-imħabba, give and take fl-imħabba.”
  • “Sagrifiċċju, ħafna u l-ħin kollu tgħix għall-persuna l-oħra.”

U jekk l-imħabba naħsbu li hi bħal xemgħa li tintefa’ maż-żmien, mhux il-każ għal koppja.

Dawn it-tnejn għadhom qishom żewġ amorini, minkejja li ilhom 64 sena miżżewġin. Huma qalu: “Illum nirrealizza li jien qed ngħix għal xi ħaġa, għext għal xi ħaġa. Nista’ ngħid li għaliha għax nafha bħala tifla, nafha bħala xebbha u ‘l quddiem iżżewiġna u għaddejna 64 sena miżżewġin.”

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here