Home Newsbook L-Eżekuttiv tal-PN se jibda jiddiskuti r-riformi

L-Eżekuttiv tal-PN se jibda jiddiskuti r-riformi

3
0
SHARE
Advertisement

L-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista ltaqa’ għall-ewwel darba wara li ġie maħtur Francis Zammit Dimech bħala Segretarju Ġenerali. Matul din il-laqgħa l-eżekuttiv iddiskuta r-riforma u t-tiġdid tal-Partit Nazzjonalista.

Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista qal li matul din
il-laqgħa kien hemm preżenti l-presidenti, is-segretarji u t-teżoriera
tal-Kumitati Lokali tal-partit f’Malta.

Francis Zammit Dimech ta’ d-dettalji dwar r-riforma u
t-tiġdid tal-PN. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista nkariga lil Louis Galea biex
jieħu ħsieb ir-riforma tal-Partit. Zammit Dimech qal li fil-jiem li ġejjin se
jkunu qed isiru ħames assemblej tal-kunsillieri. F’dawn l-assembleji
l-kunsilliera se jkollhom l-opportunità jiddiskutu l-proposta qabel dawn
jgħaddu għad-diskussjoni u l-approvazzjoni tal-Kunsill Ġenerali.  

Zammit Dimech irringrazzja lil Clyde Puli għall-ħidma
tiegħu fil-Partit matul iż-żminijiet diffiċli li għaddej minnhom. Żied li
minkejja dawn iż-żminijiet tista’ tkun opportunità sabiex ikun hemm
Oppożizzjoni b’saħħitha.

“Il-partit qed isejjaħ lil kull
partitarju, lil kull membru, lil dawk kollha ta’ rieda tajba biex flimkien
nagħtu lill-pajjiż għodda denja li tkun ta’ fejda għall-poplu tagħna,”
kompla Zammit Dimech.

Il-Ġimgħa Francis Zammit Dimech iltaqa’
wkoll mal-għaqda mhux governattiva Repubblika biex jiddiskuti l-kostituzzjoni u
r-riformi istituzzjonali.

The post L-Eżekuttiv tal-PN se jibda jiddiskuti r-riformi appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here