Home Newsbook L-ewwel mewt bil-Coronavirus konfermata fil-Ġappun

L-ewwel mewt bil-Coronavirus konfermata fil-Ġappun

9
0
SHARE
Advertisement

Hekk kif il-Ġappun ħabbar li kienet reġistrata l-ewwel mewt mill-Coronavirus fil-pajjiż, l-Organizazzjoni Dinjija tas-Sahha (WHO) qalet li l-każijiet tal virus ma’ kienux qed jiżdiedu drammatikament barra miċ-Ċina.

Dan wara li kien hemm żieda kbira din il-ġimgha fil-każijiet fil-provinċja Ċiniża ta’ Hubei, il-qofol tal-marda u minn fejn imbagħad infirxet.

Il-WHO qalet li l-unika eċċezzjoni kien dak li qed jiġri fuq vapur tal-passiġġieri fil-Ġappun fejn kienu raportati 44 każ ġdid biex issa t-total ta’ passiġġieri abbord li mardu żdied għal 218.

Sadattant  il-Ħamis kien hemm laqgħa ta’ emerġenza tal-Ministri tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea. Laqgha li fiha ntqal li kien hemm kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u ċ-Ċina biex isibu tarf din il-marda kif ukoll biex tingħata l-għajnuna li hemm bżonn lill-awtoritajiet Ċinizi beix irażżnu lil virus milli jkompli jinfirex.

Imma kien hemm ukoll tħassib li jekk il-marda tibda tinfirex b’rata allarmanti fl-Ewropa jista’ jkun hemm problem rigward provisti ta’ mediċini u tagħmir speċjaliżżat.

The post L-ewwel mewt bil-Coronavirus konfermata fil-Ġappun appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here