Home Net News Konfermata l-istorja ta’ Net News – pjaċiri sesswali fit-taħwida tal-Korp

Konfermata l-istorja ta’ Net News – pjaċiri sesswali fit-taħwida tal-Korp

3
0
SHARE
Advertisement

Ġiet konfermata l-istorja żvelata min-Net News dwar l-iskandlu li ħasad u heżżeż lill-Korp tal-Pulizija.

Qalb il-ħasil ta’ flus u overtime mmarkat żejjed min-numru ta’ uffiċjali, hemm aktar affarijiet fosthom pjaċiri sesswali. Is-sit onlajn Lovin Malta kkonferma l-istorja li din il-kamra tal-aħbarijiet żvelat tlett ijiem ilu.

Sors qrib is-sit żvela li dan l-iskandlu mhux biss jolqot l-Iskwadra tat-Traffiku iżda diversi Dipartimenti oħra fi ħdan il-Korp.

Ġie żvelat li uffiċjali tal-Pulizija kienu qed jitħallsu bil-proċess ta’ dak li jissejjaħ ‘Extra’ fejn per eżempju uffiċjal jiġi msejjaħ sabiex imur fuq xogħol f’avveniment privat iżda jispiċċa jmur l-uffiċjal tal-għassa. U hawnhekk fejn jinqala’ l-intopp, l-għaliex min suppost ikun mar – jispiċċa ma jmur xejn u jitħallas tal-‘Extra’ xorta waħda.

Dawn in-numri u min daħal xogħol jew le suppost ġew innotati minn min hu responsabbli iżda ħadd qatt ma lissen kelma jew niżżel xi ħaġa. Fost oħrajn minħabba l-fatt li allegatament xi uffiċjali sfurzaw nisa jpartu pjaċiri sesswali ma favuri fuq ix-xogħol.

Pjaċiri li jmorru oltrè minn hekk l-għaliex is-sors qrib Lovin Malta allega wkoll li kien hemm okkażżjonijiet fejn saħansitra nħafru kontravenzjonijiet tat-traffiku.

Din il-persuna allegat ukoll li membri mill-Iskwadra tat-traffiku u saħansitra tal-RIU kienu jitfu l-GPS tal-vetturi rispettivi tagħhom sabiex ta’ fuqhom ma jsusux warajhom. Filwaqt li allega wkoll li xi uffiċjali kienu qed jisirqu l-petrol mill-garaxx tal-Pulizija.

Din il-persuna saħqet li uħud mill-uffiċjali kienu qed idawru bejn €3,000 u €5,000 żejda fix-xahar – grazzi għal din ir-racket qarrieqa li xeħtet lis-sezzjoni tal-Iskwadra tat-Traffiku u l-bqija tal-Korp f’mewġa ta’ inkwiet fi skala bla ebda preċedent.

Aktar kmieni illum, f’intervista mal-istess sit Lovin Malta, is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Francis Zammit Dimech talab lill-Aġent Kummissarju tal-Pulizija Carmel Magri kif ukoll lill-eks Ministru għall-Affarijiet Interni Michael Farrugia – sabiex jerfgħu r-responsabbilità tagħhom.

The post Konfermata l-istorja ta’ Net News – pjaċiri sesswali fit-taħwida tal-Korp appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here