Home Net News ‘Jum l-Imħabba’

‘Jum l-Imħabba’

4
0
SHARE
Advertisement

Jum San Valentinu… magħrufa bħala l-aktar ġurnata romantika tas-sena, fejn ħafna jieħdu l-opportunita’ biex juru l-imħabba lill-maħbubin tagħhom b’kartolini, fjuri, ċikkulatini, jew soft toys.

Imma apparti dan kollu ftit li
xejn jissemma l-qaddis li minnu ħadet
l-isem din il-ġurnata ddedikata għall-imħabba.

Jingħad li San Valentinu għex fi żmien
l-Imperu Ruman fit-tielet seklu meta koppji żgħar ma
kinux qed jitħallew jiżżewġu minħabba it-twemmin li suldati mhux miżżewġa jiġġieldu aħjar għaliex ma jkollhomx l-inkwiet ta’ x’se jigri
mill-mara u t-tfal taghhom jekk jindarbu jew imutu.

San
Valentinu, li kien qassis, kien iżewweġ bil-moħbi lill-koppji żgħar bi żwieġ
tal-Knisja Kattolika.. Azzjoni
li wasslet biex Valentinu spiċċa ġie
ttorturat u maqtul mill-Imperu Ruman. Wara, huwa sar il-patrun tal-maħbubin
bil-festa tiegħu tiġi ċċelebrata
madwar id-dinja kollha b’rappreżentazzjonijiet
romantiċi ta’
qlub, kartolini, soft toys, u ward, fost diversi rigali ohra.

Għal uħud, kull jum tas-sena hu Jum San Valentinu għax l-imħabba ma tiċċelebrahiex biss f’ġurnata waħda. .

Hemm min f’dan il-jum jieħu l-okkażjoni u jipproponi
bit-tama li l-maħbub jew maħbuba taċċetta l-proposta tiegħu u tiżżewġu.

Tradizzjonalment, l-għoti tal-ward ħomor hu l-aktar ġest t’imħabba li hu marbut mal-festa tal-14 ta’ Frar… fejn qed tidħol ukoll it-tradizzjoni li n-nisa jagħtu warda blu lill-maħbub tagħhom.

The post ‘Jum l-Imħabba’ appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here