Home Newsbook Jiddiskuti mal-PM it-tħassib dwar ir-rispett lejn il-liġi

Jiddiskuti mal-PM it-tħassib dwar ir-rispett lejn il-liġi

2
0
SHARE
Advertisement

Ir-rapporteur tal-Assemblea Parlamentari fil-Kunsill tal-Ewropa Pieter Omtzigt iltaqa’ mal-Prim Ministru Robert Abela. Matul din il-laqgħa huwa ddiskuta r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Venezja u għala dawn qed jieħdu fit-tul biex jiġu implimentati.

Pieter Omtzigt wasal Malta l-Erbgħa li għadda
biex jiltaqa’ mal-Prim Ministru biex jiddiskuti l-assassinju tal-ġurnalista
Daphne Caruana Galizia kif ukoll is-sistema ġudizzjarja f’Malta.

Fl-2018, il-Kummissjoni Venezja qalet li għandu jkun hemm aktar superviżjoni sabiex tkun irrispettata s-saltna tad-dritt. Il-Kummissjoni Venezja qalet li Malta għandha tbiddel il-liġi dwar l-irwol tal-President, tal-ġudikatura, tal-parlament u tal-ombudsman.

Il-Ministru Owen Bonnici falla milli jagħmel jagħmel
ir-riformi meħtieġa dwar is-saltna tad-dritt

Matul din il-laqgħa Omtzigt qal li huwa jinsab imħasseb dwar is-sistema tas-Saltna tad-Dritt f’Malta. Fl-indirizz tiegħu lill-Ministru Owen Bonnici, Omtzigt qal li meta kien Ministru tal-Ġustizzja, huwa falla milli jimplimenta r-riformi meħtieġa sabiex jissalvagwardjaw s-Saltna tad-Dritt f’Malta. Huwa kien qed jirreferi wkoll dwar ir-reputazzjoni ta’ Malta fis-settur tal-gaming u l-iskema tal-bejgħ tal-passaporti.  

Miguela Xuereb

Pieter Omtzigt insista li l-Prim Ministru Joseph Muscat kien wiegħed li se jkun qed jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet kollha tal-Kummissjoni Venezja iżda s’issa jidher li ma tantx sar progress.

Fil-kummenti tiegħu l-Prim Ministru Robert Abela qal li l-Gvern
se jkun qed jimplimenta l-bidliet neċessarji meħtieġa. Żied li l-għan tal-Gvern
huwa li jkun aktar trasparenti u s-sistema ġudizzjarja tkun aktar b’saħħitha.

The post Jiddiskuti mal-PM it-tħassib dwar ir-rispett lejn il-liġi appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here