Home Net News It-temperatura tal-Antartika tilħaq rekord ta’ 20.75 C

It-temperatura tal-Antartika tilħaq rekord ta’ 20.75 C

3
0
SHARE
Advertisement

It-temperaturi
fil-kontinent tal-Antartika qabżu l-20 gradi Celsius għall-ewwel darba. Dan sar
magħruf wara li r-riċerkaturi rreġistraw temperatura ta’ 20.75 gradi Celsius
fuq gżira ’l hinn mill-kosta ta’ dan il-kontinent.

Ix-xjenzat Brażiljan,
Carlos Schaefer, qal li hu u l-kollegi tiegħu ‘qatt ma raw temperaturi daqstant
għoljin fl-Antartika’. Madankollu, hu wissa li t-temperatura, irreġistrata
fid-9 ta’ Frar, ibbażat fuq kalkolu (reading)
wieħed biss u li mhux parti minn data speċifika li turi li ‘dawn il-fenomeni
għandhom isiru ħaġa regolari (fl-Antartika).

Madankollu, matul
il-ġimgħa li għaddiet, kien twaqqaf rekord ieħor fil-kontinent meta
t-temperaturi telgħu għal 18.3 gradi Celsius fil-Penisola tal-Antartika.

L-aħħar evalwazzjoni
saret min stazzjon għall-moniteraġġ tat-temperaturi fuq Seymour Island li
jifforma parti minn ‘katina’ ta’ gżejjer ’il hinn mill-peninsola inkwistjoni u
li jinsab fl-aktar punt imbiegħed tal-kontinent.

Sadattant, ix-xjenzat
Carlos Schaefer sostna li minkejja li t-temperatura fl-Antartika telgħet sa
livell storiku, ir-reading m’għandux
jitqies bħala parti minn analiżi ‘aktar dettaljata’. L-iżvilupp, għaldaqstant,
ma jistax jintuża biex wieħed ibassar ‘xejret simili fir-rigward
tat-temperatura għar-reġjun fil-ġimgħat u x-xhur li ħejjin’.

Schaefer kompla li ‘dan jinvolvi aspett ta’ data li jindika li qed issir xi ħaġa differenti fiz-zona (tal-Antartika)’. Fl-istess ħin, ix-xjenzat qed jirrepeti li ħadd ma jista’ juża dawn iċ-ċirkustanzi biex jantiċipa l-bidliet fil-klima għall-futur.

Ix-xahar ta’ Jannar kien
anki l-aktar ‘Jannar sħun’ għall-Antartika fiż-żmien li ilhom jinżammu
r-rekords. Skont l-Organizzazzjoni Meteoroloġika Dinjija (WMO) tan-Nazzjonijiet
Uniti, it-temperaturi fil-kontinent tal-Antartiku telgħu bi kważi tliet gradi
Celsius tul l-aħħar 50 sena.

The post It-temperatura tal-Antartika tilħaq rekord ta’ 20.75 C appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here