Home One News It-temperatura fl-Antartika taqbeż l-20°C għall-ewwel darba

It-temperatura fl-Antartika taqbeż l-20°C għall-ewwel darba

4
0
SHARE
Advertisement

L-Antartika qabżet l-20°C għall-ewwel darba wara li riċerkaturi ddokumentaw temperatura ta’ 20.75°C fuq gżira barra mill-kosta tal-kontinent. Ix-Xjentist Brażiljan Carlos Schaefer qal li qatt ma ra temperatura daqstant għolja fl-Antartika, iżda qal li din it-temperatura li ġiet iddokumentata fid-9 ta’ Frar kienet waħda iżolata u mhix livell ta’ temperatura kontinwa.

Ix-xjentist kompla jgħid li għalkemm it-temperatura hija għolja enfasizza li l-qari tat-temperatura ma kienx parti minn studju aktar wiesa’ u li għalhekk ma jistax jintuża għat-tbassir għat-tibdil fil-klima. Infatti, Schaefer qal li dan huwa sempliċiment sinjal li seħħ xi ħaġa differenti f’dik iż-żona minn fejn ittieħdet it-temperatura

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here