Home Net News Immultat €1,050 wara li hedded Pulizija mara waqt li kien fis-sakra

Immultat €1,050 wara li hedded Pulizija mara waqt li kien fis-sakra

2
0
SHARE
Advertisement

Raġel ta’ 27 sena mill-Maċedonja ġie mmultat €1,050 wara li hedded u rreżista Pulizija mara meta kien f’sakra ma jarax art. Huwa ammetta l-akkużi kollha miġjubin kontrih, li wettaq dan ir-reat wara li l-Pulizija qabditu jpejjep f’ħanut tad-divertiment f’San Ġiljan.

Nishel Nacev, residenti San Ġiljan, tressaq quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke ammetta li hedded lill-Pulizija waqt il-qadi ta’dmirijietha, li ma obdiet l-ordnijiet leġittimi tal-Pulizija u li ħebb għall-uffiċjal tal-Pulizija. Ammetta wkoll li kien qed ipejjep f’post ipprojbit.

L-Avukat Charmaine Cherrett, f’isem il-klijent tagħha mill-ewwel infurmat lill Qorti li r-raġel kien se jammetti kollox. L-Ispettur Joseph Xerri mexxa l-Prosekuzzjoni. 

The post Immultat €1,050 wara li hedded Pulizija mara waqt li kien fis-sakra appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here