Home Newsbook Il-VAR issalva telfa lil Juve

Il-VAR issalva telfa lil Juve

3
0
SHARE
Advertisement

Juventus spiċċaw fi
ġabu d-draw fl-aħħar minuta tal-logħba kontra AC Milan li kienu qed jilagħbu b’10
irġiel. Din kienet il-logħba mill-ewwel leg tas-semi-finali tal-Coppa Italia.

Ronaldo xxutja
l-ballun minn rabuxxata u l-ballun ħabat ma’ id Davide Calabria ta’ Milan. Dak
il-ħin li mblokka l-ballun b’idu, Calabria lanqas biss kien qed iħares lejn
Ronaldo. Ir-referee injora l-protesti tal-plejers ta’ Juventus iżda d-deċiżjoni
ttieħdet mill-VAR.

Ronaldo dawwar
il-penalty f’gowl b’kunfidenza kbira fuqu. Dan jagħmlu t-35 penalty li skurja
mill-35 penalty li ta kemm mal-klabb kif ukoll ma’ pajjiżu.

Iż-żewġ timijiet
se jerġgħu jiltaqgħu f’Turin nhar l-4 ta’ Marzu biex jikkompetu għal post
fil-finali.

The post Il-VAR issalva telfa lil Juve appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here