Home Newsbook Il-coronavirus jattakka lill-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa fiċ-Ċina

Il-coronavirus jattakka lill-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa fiċ-Ċina

24
0
SHARE
Advertisement

Bosta ħaddiema fil-qasam tas-saħħa fiċ-Ċina ġew infettati bil-coronavirus. Iċ-Ċina rrappurtat iżjed minn 5,000 każ ġdid, fosthom 120 persuna li tilfet ħajjitha bil-virus.

Il-Kumissjoni Nazzjonali tas-Saħħa fiċ-Ċina qalet li b’dawn il-każijiet ġodda rrappurtati lbieraħ, it-total ta’ persuni infettati tela’ għal 63,851. Madwar 56,000 qed jingħataw trattament, filwaqt li 1,380 persuna mietu b’kollox mindu l-virus feġġ f’Wuhan f’Diċembru li għadda.

Sitt ħaddiema fil-qasam tas-saħħa mietu s’issa fiċ-Ċina. Uffiċjali Ċiniżi lmentaw fuq nuqqas ta’ apparat protettiv, inkluż il-maskri li jintlibsu.

The post Il-coronavirus jattakka lill-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa fiċ-Ċina appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here