Home Newsbook Filmat: “Nerfa’ responsabbiltà politika li kieku ma ħadtx azzjoni”

Filmat: “Nerfa’ responsabbiltà politika li kieku ma ħadtx azzjoni”

5
0
SHARE
Advertisement

L-eks Ministru għas-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia qal li kien jerfa’ responsabbiltà politika għall-allegat abbuż mis-sahra tal-Pulizija tat-Traffiku li kieku ma ħax azzjoni.

Mistoqsi mill-ġurnalisti dwar l-investigazzjoni fuq il-Pulizija tat-Traffiku, il-Ministru għall-Enerġija qal illi meta kien responsabbli mill-Pulizija, kien irċieva ittra mingħand whistleblower li immedjatament għaddiet għand is-Segretarju Permanenti u mbagħad lill-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar. L-ittra rċevieha lejn tmiem is-sena li għaddiet. Il-whistleblower imbagħad kien bagħat ittra lil iżjed nies, li llum ippubblikaha fuq il-midja soċjali l-Membru Parlamentari Nazzjonalista Jason Azzopardi.

L-investigazzjoni nfirxet għal taqsimiet oħra tal-Pulizija. Fi stqarrija maħruġa lbieraħ, il-Pulizija qalet li 40 uffiċjal ġew arrestati li 25 minnhom ingħataw il-police bail. Dawn ġew sospiżi.

Erba’ uffiċjali mit-Taqsima tat-Traffiku rreżenjaw mill-karigi tagħhom, fosthom is-Supretendent tat-Taqsima Walter Spiteri li hu suspettat bi frodi.

Il-Ministru qal li fil-mument li saru jafu bis-sitwazzjoni, bdiet l-investigazzjoni. Qal li allaħares naslu f’sitwazzjoni li meta xi ħadd isir jaf b’xi ħaġa u jieħu azzjoni, irid jerfa’ responsabbiltà politika għaliha. Skontu, ir-responsabbiltà politika għandha tintrefa’ meta ma tkunx ittieħdet azzjoni.

Żied jgħid li hu kien ta struzzjonijiet biex l-investigazzjoni tinfirex fuq taqsimiet oħra, mhux biss tat-traffiku.

The post Filmat: “Nerfa’ responsabbiltà politika li kieku ma ħadtx azzjoni” appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here