Home Newsbook Dubaj għandu jkun fuq il-blacklist tal-UE minħabba l-assassinju – Casa

Dubaj għandu jkun fuq il-blacklist tal-UE minħabba l-assassinju – Casa

4
0
SHARE
Advertisement

Il-Membru Parlamentari Ewropew David Casa kiteb lill-Kummissjoni Ewropea biex tinkludi lill-Emirati Għarab Magħquda fil-lista tal-Unjoni Ewropea ta’ pajjiżi terzi li għandhom reġimi dgħajfin kontra l-ħasil tal-flus. Dan minħabba r-rabta ta’ Dubaj mal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.

Din il-lista tiġi aġġornata kultant żmien u l-proposta l-ġdida tal-Kummissjoni għandha tinħareġ fil-jiem li ġejjin.

F’ittra li kiteb lill-Viċi President tal-Eżekuttiv tal-Kummissjoni Ewropea, il-Kwestur tal-Parlament Ewropew David Casa qallu li l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus li kienet qed tesponi Daphne Caruana Galizia qabel inqatlet kienu possibbli permezz ta’ 17 Black, il-kumpanija ta’ Yorgen Fenech li hija rreġistrata f’Dubaj, u bank ibbażat f’Dubaj.

Fenech bħalissa huwa maħsub li huwa l-moħħ wara l-assassinju tal-ġurnalista.

Casa saħaq li l-awtoritajiet fl-Emirati Għarab Magħquda kienu konxji ta’ kemm kien gravi l-każ, u konxji li l-ġurisdizzjoni tagħhom intużat biex tiffaċilita reati kriminali li nqatlet ġurnalista minħabba fihom. “Konxji li billi rrifjutaw li jikkoperaw mal-investigazzjoni, qed jaffordjaw impunità għall-korruzzjoni li hija fiċ-ċentru tal-motiv għall-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.”

Qal li jaf li l-Emirati Għarab Magħquda huma konxji ta’ dan peress li hu ltaqa’ ma’ uffiċjali għolja, u kellu korrispondenza anke mal-Avukat Ġenerali tal-pajjiż u mal-bank konċernat.

Żied jgħid li l-Emirati Għarab Magħquda s’issa rrifjutaw li jikkoperaw fl-investigazzjonijiet fuq il-qtil. Dan sejjaħlu “intollerabbli.”

The post Dubaj għandu jkun fuq il-blacklist tal-UE minħabba l-assassinju – Casa appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here