Home Newsbook Benitez u t-tim tiegħu maqbudin fi Spanja

Benitez u t-tim tiegħu maqbudin fi Spanja

4
0
SHARE
Advertisement

Rafa Benitez
ammetta li l-effett li qed iħalli l-coronavirus hu xi ħaġa li qatt ma ltaqa’
bħalha fil-karriera tal-futbol. Il-klabb tiegħu Dalian Professional waslu
fl-aħħar tat-taħriġ tal-pre-season, qabel ma jibdew l-istaġun il-ġdid biċ-Chinese
Super League.

Iżda d-data tal-ftuħ tal-istaġun diġà ġiet posposta mit-22 ta’ Frar għal April. Jidher iżda li d-data tista’ terġa tiċċaqlaq. Il-plejers u Benitez spiċċaw imwaħħla fi Spanja, fejn qed jippreparaw għall-istaġun li lanqas biss jafu meta se jkun qed jibda.

Benitez spjega kif qed jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa. Il-plejers qed tittiħdilhom it-temperatura darbtejn kuljum u kulħadd qed jinżamm fil-lukanda u l-grawnds. Dan mistenni jibqa’ għaddej għal ġimgħatejn sħaħ.

The post Benitez u t-tim tiegħu maqbudin fi Spanja appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here