Home Newsbook Awdjo: “Qbilna li jkun hemm fondi biex jinstab vaċċin għall-coronavirus”

Awdjo: “Qbilna li jkun hemm fondi biex jinstab vaċċin għall-coronavirus”

2
0
SHARE
Advertisement

Ilbieraħ tlaqqa’ l-Kunsill tal-Ministri Ewropej fuq is-sitwazzjoni dinija u Ewropea tal-Coronavirus il-ġdid. 

Il-Ministru Chris Fearne, meta kien intervistat waqt il-programm Newsbook Hour fuq 103, spjega li filwaqt li fiċ-Ċina hemm ċentri ta’ epidemija, fejn il-virus qed jittieħed minn persuna għal oħra bħal meta jkun hawn l-influwenza, fl-Ewropa, is-sitwazzjoni hija waħda ta’ konteniment. L-enfasi li qed issir kif bħala gvernijiet Ewropej hija li nżommu s-sitwazzjoni fl-Ewropa tkun waħda ta’ konteniment. L-għan huwa li kull każ li jidħol fl-Ewropa jiġi identifikat mill-aktar fis possibli u jinżamm f’konteniment. 

Huaw saħaq li l-pajjiżi Ewropej ftehmu li iridu jikkordinaw l-isforzi ta’ bejniethom bħala pajjiżi Ewropej biex jiġu identifikati kemm jista’ jkun malajr il-każijiet u dawn jinżammu f’iżolament. Huwa qal li dawn tkellimna wkoll biex jiġi mgħaġġel il-proċess biex jinstab il-vaċċin u tilqima għal Coronavirus il-ġdid. “Bħala gvernijiet Ewropej qbilna li jkun hemm fondi biex jinstab vaċċin”, spjega l-Ministru Fearne.  

Huwa kompla li kien hemm ukoll diskussjoni biex meta jkun hemm dan il-vaċċin, dan ikun jista’ jitqassam b’mod ekwu mal-pajjiżi kollha u ma tiġix ripetuta s-sitwazzjoni fejn il-vaċċin jinxtara mis-swieq il-kbar.  “Irridu li l-vaċċin jinxtara mil-Kummissjoni Ewropea u jitqassam b’mod ekwu mal-Ewropa kollha”, spjega Fearne. 

Malta, minn naħa tagħha, qed tieħu l-prekawzjonijiet kollha biex dawk il-persuni li jistgħu jkunu ġejjin minn xi zona fejn hemm din il-marda, nidentifkawhom, u jiġu screened biex naraw jekk ikollhomx dak il-virus dakinhar. Huwa qal li sa issa ma sibniex, però jekk insibu xi każ, neħduhom f’iżolament, f’zona apposta fl-Isptar Mater Dei biex jingħata l-kura. F’dan il-każ irduppjajna l-kapaċità biex nittrattawh.

Ħadna ħsieb li jkollna l-ilbies protettiv, b’għexieren ta’ eluf, biex nipproteġu lil dawk li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa li jekk ikunu se jikkuraw lil min ikun milqut. Kompla li saru l-protokolli kollha neċessarji mal-awtoritajiet tal-port, ajruport u l-isptarijiet biex jekk ikun hemm l-eventwalità u n-neċessità dawn ikunu attivati. 

Id-Deputat Prim Ministru spjega li l-ġimgħa d-dieħla din il-ħidma u s-sitwazzjoni se tkun diskussa fil-Parlament. 

The post Awdjo: “Qbilna li jkun hemm fondi biex jinstab vaċċin għall-coronavirus” appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here