Home Newsbook Appell biex jiġu implimentati proposti dwar tfal bid-Dyslexia

Appell biex jiġu implimentati proposti dwar tfal bid-Dyslexia

4
0
SHARE
Advertisement

Minn Peter Agius

Jgħidu li Albert Einstein, ismu sinonimu ma’ ġenju, kellu Dyslexia.

Ħafna tfal brillanti jkollhom din il-kundizzjoni li tagħmila aktar diffiċli tikteb u ssegwi l-kitba. Minħabba dan, jistgħu jiġu mmarkati bħala batuti jew mhux interessati fl-iskola. Jibda ċirklu vizzjuz li jiddemotiva t-tfal u jaqta qalb l-għalliem ukoll, li jkollu probabilment 25 student ieħor fil-klassi.

Għalhekk importanti li fl-iskejjel tagħna jkollna aktar għalliema u persunal ieħor speċjalizzat fid-Dyslexia u ‘learning difficulties’ oħrajn.

Skont riċerka li saret fir-Renju Unit ħafna mill-għalliema mhux speċjalizzati jdumu ma jgħarfu li student għandu bżonn għajnuna addizzjonali. L-istess jiġri fid-dar jekk il-ġenituri ma jsibux għajnuna minn espert.

Għalhekk hija partikolarment inkwetanti l-aħbar tal-llum li fl-iskejjel Maltin għandna biss 18-il-għalliem għal studenti bid-Dyslexia. Anqas minn wieħed għal kull elfejn student. Redikola jew tad-daħq, jiddependi tkunx wieħed minn dawk il-ġenituri jew tfal li jeħtieġu gwida u wens mis-sistema edukattiva.

Nappella b’mod urġenti lill-Ministru tal-Edukazzjoni jimplimenta mingħajr dewmien il-proposti tal-Partit Nazzjonalista li ressaqna diġà s-sena l-oħra li jinkludu:

  • Għajnuna diretta lill Malta Dyslexia Association sabiex din ikollha r-riżorsi biex tgħin lill-familji affetwati;
  • Investiment serju fi proċedura sistematika biex jiġu individwati l-każijiet ta’ Dyslexia u ‘learning difficulties’ oħrajn fil-klassijiet tagħna;
  • Investiment immirat għal pubblikazzjonijiet speċjalizzati għat-tfal bid-Dyslexia anke bil-Malti;
  • Għajnuna sistematika lill-ġenituri biex jifhmu u jużaw l-‘access arrangements’ għal eżamijiet tat-tfal.
  • Taħriġ speċjalizzat għall-għalliema, u hawn jiena nżid, inkluż bi skambji ta’ għarfien u esperjenzi ma’ skejjel barranin fi ħdan permess ta’ proġetti Ewropej fl-Erasmus

Ngħalaq billi ninsisti li kulħadd jeħtieġ jifhem li tifla jew tifel bid-Dyslexia jew kundizzjonijiet oħra tat-tgħalim huma fil-fatt ġenji żgħar li qed jistennew ftit għajnuna biex joħorġu l-kapaċitajiet tagħhom. Ftakru dejjem f’Einstein!

The post Appell biex jiġu implimentati proposti dwar tfal bid-Dyslexia appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here