Home One News Akkademja Mużikali b’tifkira ta’ traġedja li seħħet f’Ħal Għaxaq 50 sena ilu

Akkademja Mużikali b’tifkira ta’ traġedja li seħħet f’Ħal Għaxaq 50 sena ilu

3
0
SHARE
Advertisement

L-Għaqda Mużikali San Ġużepp ta’ Ħal Għaxaq se tkun qiegħda ttella’ akkademja mużiko-letterarja ġewwa l-Knisja ta’ Ħal Għaxaq b’tifkira ta’ traġedja li saret f’Ħal Għaxaq 50 sena ilu meta ħames Ġużeppini tilfu ħajjithom waqt li kienu qegħdin jaħdmu n-nar għall-festa ta’ San Ġużepp iċċelebrata f’Ħal Għaxaq. Din l-akkademja mużiko-letterarja, Et Quinque Victimarum’, ser tittella’ nhar is-Sibt li ġej fis-7:30 ta’ filgħaxija. taħt il-patroċinju tal-President Emeritus Marie Louise Coleiro Preca.

Il-15 ta’ Frar 1970 hija ġurnata li ma tintesa qatt mill-poplu Għaxqi hekk kif għal ħabta tas-13:15 seħħet splużjoni fil-kamra tan-Nar ta’ San Ġużepp li ħalliet traġedja sħiħa warajha. Dakinhar tilfu ħajjithom ħames Għaxqin: Grezzju Abdilla ta’ 36 sena, George Bonnici ta’ 54 sena, Ġiġi Cutajar ta’ 27 sena, Carmelo Gafà ta’ 25 sena u Żarenu Mizzi ta’ 22 sena. Dakinhar kien hemn sitt persuni oħra li sfaw feruti. Għalkemm għaddew 50 sena dawn il-vittmi qatt ma ġew minsija mis-soċjetà Ġużeppina li għal darb’oħra ser tkun qiegħda terġa’ ssellem il-memorja ta’ dawn il-voluntiera.

Din l-akkademja ser tittella’ mill-banda San Ġużepp ta’ Ħal Għaxaq li tkun taħt id-drezzjoni tas-Surmast direttur Mro Reno Busuttil. Takkummpanja il-Banda ukoll is-sopran Claire Caruana. Il-poeżiji u proża relattata, fosthom rakkont ta’ wieħed min dawk li salva din it-traġedja isir min Ivan Debattista filwaqt li Aaron Zahra se jippreżenta s-serata. Id-dħul huwa mingħajr ħlas fejn kulħadd mitlub ikun f’postu fis-7:15 ta’ filgħaxija.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here