Home Newsbook 6 aħwa l-Qorti wara ġlieda bejn 2 familji

6 aħwa l-Qorti wara ġlieda bejn 2 familji

8
0
SHARE
Advertisement

Sitt aħwa inkluż ġuvni ta’
15-il sena tressqu l-Qorti wara li kienu involuti fi ġlieda l-Erbgħa li għadda.

Fil-ġlieda huma kienu
involuti ma’ familja oħra. Fil-Qorti l-aħwa wieġbu mhux ħatja għall-akkużi
miġjuba kontrihom. L-aħwa barra l-ġuvni ta‘ 15-il sena kienu akkużati wkoll li kisru
l-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest.

Fil-Qorti l-Ispettur Eman Hayman
qal li r-rivalità bejn iż-żewġ familji qed twassal għal tensjoni u ġlied. Żied
li l-inċident seħħ l-Erbgħa li għadda f’Bormla u ġlieda seħħet bejn is-sitt
aħwa u tliet membri tal-familja rivali.

L-avukat difensur qal li
l-ġuvni ta‘ 15-il sena allegatment qala‘ daqqa ta‘ ponn tal-ħadid u kien
iffortunat li ma weġġax gravi. Żied li huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest
il-Ħamis li għadda u jittama li ż-żagħżugħ tgħallem minn din l-esperjenza.

L-aħwa ġew akkużati wkoll li
kissru propjetà ta‘ ħaddieħor. Li weġġgħu ħafif lill-allegati vittmi, għajru u
heddew lill-familja kif ukoll li kisru l-paċi pubblika. Huma wieġbu mhux ħatja
għal dawn l-akkużi.

L-avukat tal-aħwa talab
lill-Qorti biex tara l-filmati tal-kameras tas-CCTV  tal-post fejn seħħ l-inċident.

Il-Qorti ppreseduta
mill-Maġistrat Doreen Clarke laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest
tal-ġuvni fuq garanzija personali ta’ €1,000, huwa kien ordnat li jiffirma
l-bail book darbtejn fil-ġimgħa u ngħata ordnijiet stretti biex ma jersaqx lejn
allegati vittmi taħt l-ebda ċirkostanza. Il-ħames aħwa l-oħra għadhom qed
jinżammu arrestati.

The post 6 aħwa l-Qorti wara ġlieda bejn 2 familji appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here