Home Newsbook Se jinqerdu 100,000 toothpaste; deċiżjoni tal-Qorti

Se jinqerdu 100,000 toothpaste; deċiżjoni tal-Qorti

2
0
SHARE
Advertisement

Madwar 100,000 tubu tat-toothpaste se jiġu meqruda wara li l-Qorti
ddeċidiet li mhumiex ġenwini.

Fil-Qorti nstema’ kif f’Settembru li għadda d-Dwana Maltija
waqqfet 505 kaxxi ta’ toothpaste b’total ta’ 96,960 tubu ta’ toothpaste li kienu
identiċi għat-tubi tad-ditta Aquafresh.

Fil-Qorti ġew ippreżentati n-numru ta’ reġistrazzjoni tad-ditta
Aquafresh kif ukoll tat-tubi li kien hemm fil-kaxxi. Il-Kumpanija Glaxosmithkline
fir-rapport spjegaw li dawn l-oġġetti ma kinux tad-ditta Aquafresh imma
identiċi għalihom.

Dawn il-kaxxi waslu fil-Port Ħieles fl-24 ta’ Awwissu u waqt
spezzjoni li saret mill-Uffiċjali tad-Dwana kien hemm suspett li dawn it-tubi
setgħu kienu foloz. F’Settembru ġiet infurmata l-kumpanija Glaxosmithkline li
min-naħa tagħha bagħtet diversi esperti biex jeżaminaw il-prodott. Huma
identifikaw diversi fatturi li juru li dan il-prodott mhuwiex immanifatturat
mill-kumpanija.

L-Imħallef Mark Chetcuti fid-deċiżjoni tiegħu ddikjara li
t-toothpaste li kellu l-marka identitka għal dik tal-Aquafresh huwa falz,
iddikjara wkoll li dawn il-kaxxi għandhom ikunu meqruda bl-ispejjeż kollha għandhom
jitħallsu mill-kumpanija responsabbli minn din il-kosenja.

The post Se jinqerdu 100,000 toothpaste; deċiżjoni tal-Qorti appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here