Home Newsbook Eluf ta’ tfal Sirjani qed jerġa’ jkollhom jaħarbu minn djarhom

Eluf ta’ tfal Sirjani qed jerġa’ jkollhom jaħarbu minn djarhom

5
0
SHARE
Advertisement

Hekk kif mewġa ġdida
ta’ vjolenza laqtet il-bliet ta’ Idlib u Aleppo fis-Sirja, l-Organiżazzjoni
Save the Children kkonfermat li aktar minn 20,000 tifel u tifla Sirjani u
l-familji tagħhom, matul l-aħħar xahrejn kellhom jabbandunaw u jaħarbu minn
djarhom.

Skont in-Nazzjonijiet
Uniti, 14-il tifla u 20 tifel tilfu ħajjithom mill-15 ta’ Jannar ‘l hawn kaġun
ta’ din il-vjolenza. F’Jannar biss madwar 37,000 tifel u tifla kienu sfurzati
jaħarbu minn djarhom f’xitwa kiefra bi ħwejjeġ ta’ fuqhom senduqhom.

Osservaturi f’Idlib
qalu li n-numru ta’ dawn in-nies jaħarbu minn djarhom jista’ jkun akbar
mill-istimi uffiċjali. Ħafna minn dawn il-familji diġa’ kellhom jaħarbu
mid-djarhom tagħhom drabi oħra fl-imgħoddi, uħud minnhom għal aktar minn darba.
Huma qed ikollhom jiffaċċjaw aktar riskji anke għal saħħithom.

Jgħixu fit-tined

Tifla ta’ 10 snin
kellha taħrab mid-dar mal-familja wara li l-vjolenza żdiedet u issa qed jgħixu
taħt tinda f’dak li qabel kien playground. Hi qalet li “bdew jisparaw fuq
id-djar tagħna, u aħna bżajna. Ħabtu għas-suq. Ħrabna u ġejna hawn f’Iblid u
n-nies laqgħuna. Ħabib tagħha li kienu jgħixu qrib, ukoll kellu jaħrab
mal-familja.

Hu qal lil
rappreżentanti ta’ Save the Children: “Il-vjaġġ kien wieħed ikraħ. Aħna
ħallejna kollox warajna u tlaqna biss bil-ħwejjeġ li kellna fuqna.  Ħadd ma ried jeħodna miegħu sakemm il-Bambin
bagħat xi nies twajba li ħaduna minn post għall-ieħor sakemm wasalna hawn. Anke
hawn, konna bilqegħda fil-kamp u rajna bomba nieżla u waqgħet madwar 200 metru
biss minn hawn.

“Hawnhekk
is-sitwazzjoni hi ħażina wkoll. Ma hawnx servizzi. Il-kesħa u x-xita qed
tgħarraq il-kampjiet. It-tfal imreżżħa u m’hawnx biex nissaħnu.  Ma għandna ebda appoġġ”, qal it-tifel
imbikkem.

Tfal maqtula

It-tfal fit-tramuntana
tas-Sirja huma l-aktar li qed jintlaqtu ħażin minn dan il-kunflitt u ġlied.
F’Lulju tas-sena li għaddiet, f’Idlib inqatlu aktar tfal milli nqatlu matul
2018 kollha.

Donia Khush, Direttur
ta’ Save the Children fis-Sirja qalet li “in-numru ta’ familji li qed jerġgħu
jaħarbu minn Idlib u Aleppo hu enormi. Qed nassisti għal mili twal ta’ karrozzi
mimlija nies jaħarbu minn dawn il-postijiet b’dak li jistgħu jieħdu magħhom
biex ifittxu post aktar sigur. Qatt ma rajna daqstant nies jaħarbu minn
djarhom”.

Save the Children qed tappella biex
tieqaf din il-gwerra fuq it-tfal u biex il-partijiet involuti jirrispettaw
il-liġijiet internazzjonali dwar id-drittijiet umani li huma maħsuba biex
jipproteġġi it-tfal fiż-żmien ta’ gwerra.

Anke l-Isqfijiet
Sirjani ilhom jagħmlu ħafna appelli għall-waqfien mill-ġlied u biex ikunu
megħjuna dawn il-familji, bosta minnhom insara, li qed ikollhom jaħarbu mill-ġlied
u bi djarhom imfarrka.

Save the Children u l-imsieħba tagħhom,
fosthom il-Knisja qed jirrispondu għall-ħtiġijiet ta’ dawn it-tfal u l-familji
tagħhom billi jipprovdulhom assistenza medika, ikel, edukazzjoni u servizzi ta’
protezzjoni għat-tfal.

The post Eluf ta’ tfal Sirjani qed jerġa’ jkollhom jaħarbu minn djarhom appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here