Home Newsbook Coronavirus: Malta involuta fix-xiri ta’ apparat u vaċċin

Coronavirus: Malta involuta fix-xiri ta’ apparat u vaċċin

4
0
SHARE
Advertisement

Il-Ministru għas-Saħħa
Chris Fearne qed jipparteċipa fl-laqgħa bejn il-Ministri tas-Saħħa tal-Unjoni
Ewropea sabiex jinstara l-apparat u l-vaċċin li hemm bżonn biex wieħed ikun
jista’ jilqa’ għall-coronavirus. Il-Ministru qed jiddiskutu wkoll prekawzjonijiet
biex kemm jista’ jkun il-coronavirus ma jinfirixx.

Fi stqarrija l-Ministeru
tas-Saħħa qal li fis-sitwazzjoni preżenti tal-coronavirus il-pajjiżi tal-Unjoni
Ewropea jridu jiddiskutu, jikkordinaw u jikkoperaw flimkien sabiex ikunu evitat
l-coronavirus ikompli jinfirex fl-Ewropa. Il-Ministru spjega li jekk dan il-virus
jinfirex u jkun hemm vaċċin u apparat disponibbli, dan għandu jkun disponibbli
għal kull pajjiż kemm kbar kif ukoll żgħar bħal Malta.

Il-Ministru Fearne appella għal aktar fondi dwar dan il-fattur sabiex issir aktar riċerka u l-vaċċin ikun disponibbli kemm jista’ jkun malajr. Żied li dan il-virus jista’ jkun wieħed staġjonali u għalhekk huwa importanti li l-vaċċin ikun disponibbli sax-xitwa li jmiss.

The post Coronavirus: Malta involuta fix-xiri ta’ apparat u vaċċin appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here