Home Newsbook Min qiegħed fl-istess semi finali ta’ Malta fil-Eurovision?

Min qiegħed fl-istess semi finali ta’ Malta fil-Eurovision?

4
0
SHARE
Advertisement

Hekk kif ninsabu ftit
żmien ‘il bogħod biex inkunu nafu min se jirrappreżenta lil pajjiżna
fil-Eurovision Song Contest li se jkun magħruf mill-kompetizzjoni ta’ X Factor
Malta, llum sar it-tlugħ bil-polza ta’ f’liema miż-żewġ semi finali pajjiżna se
jkun qed jieħu sehem.

L-ewwel żewġ semi
finali tal-Eurovision se jkunu qed isiru fit-12 u fl-14 ta’ Mejju bil-finali
mbagħad issir s-Sibt 16 ta’ Mejju.

Pajjiżna fil-fatt se
jkun fit-tieni parti tal-ewwel semi finali tat-Tlieta 12 ta’ Mejju. F’din
is-serata se jkunu qed jipparteċipaw flimkien ma’ Malta 16-il pajjiż ieħor.
Dawn huma l-Maċedonja ta’ Fuq, il-Belarus, il-Litwanja, l-Iżvezja, is-Slovenja,
l-Awstralja, l-Irlanda, ir-Russja, in-Norveġja, Ċipru, il-Kroazja, l-Ażerbajġan,
l-Iżrael, l-Ukrajna, ir-Rumanija u l-Belġju.

F’din is-semi finali se jkunu jistgħu jivvuttaw il-Ġermanja, l-Italja u n-Netherlands.

Għat-tieni semi finali
tal-Ħamis 14 ta’ Mejju se jkunu qed jipparetċipaw l-Awstrija, il-Moldova,
il-Polonja, San Marino, is-Serbja, l-Iżlanda, ir-Repubblika Ċeka, il-Greċja,
l-Estonja, id-Danimarka, il-Bulgarija, l-Iżvizzera, il-Finlandja, l-Armenja,
il-Latvja, il-Ġorġja, il-Portugall u l-Albanija.

F’din it-tieni semifinali se jkunu qed jivvutaw ukoll Franza, Spanja u r-Renju Unit.

Minn kull semi finali
se jgħaddu 10 pajjiżi li jingħaqu mas-sitt pajjiżi li diġà hemm konfermati
għall-finali tas-Sibt 16 ta’ Mejju.

Din is-sena timmarka t-33 parteċipazzjoni ta’ Malta fil-Eurovision u minnhom pajjiżna ħa sehem 25 darba fil-finali.

The post Min qiegħed fl-istess semi finali ta’ Malta fil-Eurovision? appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here