Home Net News Milan ftit minuti bogħod mill-eliminazzjoni iżda jgħaddu għas-semifinali tal-Coppa Italia

Milan ftit minuti bogħod mill-eliminazzjoni iżda jgħaddu għas-semifinali tal-Coppa Italia

2
0
SHARE
Advertisement

Milan għaddew għas-semifinali tal-Coppa Italia
għat-tielet staġun konsekuttiv b’rebħa diffiċli ta’ 4-2 kontra Torino f’San
Siro. Ir-rossoneri kellhom bżonn il-ħin barrani biex eliminaw lil Torino u
saħansitra kienu ftit minuti bogħod milli jkunu eliminati. Fis-semifinali
jilagħbu kontra Juventus.

GIACOMO BONAVENTURA poġġa lil Milan fil-vantaġġ wara
12-il minuta b’konklużjoni mill-viċin wara kross ta’ Ante Rebic. Torino ġabu
d-draw fl-34 minuta permezz ta’ BREMER li għeleb lil Gianluigi Donnarumma wara
li rċieva mingħand Simone Verdi.

Il-kowċ ta’ Milan Stefano Pioli daħħal lil Zlatan
Ibrahimovic flok Krzysztof Piatek fil-65 minuta. BREMER kienu għoddu ta r-rebħa
lil Torino b’daqqa ta’ ras fil-71 minuta iżda s-sostitut HAKAN CALHANOGLU ġab
id-draw fil-91 minuta b’xutt li kien imxellef minn Koffi Djidji. Milan setgħu
rebħu ftit sekondi wara b’Ibrahimovic ifalli mill-viċin.

Il-logħba kompliet fil-ħin barrani, bit-tim ta’ Pioli
jmur fil-vantaġġ fil-106 minuta b’xutt ta’ HAKAN CALHANOGLU li Sirigu seta’
biss imiss. Tliet minuti wasal ukoll ir-raba’ gowl b’ZLATAN IBRAHIMOVIC
jiskorja wara li rċieva mingħand Rafael Leao.

The post Milan ftit minuti bogħod mill-eliminazzjoni iżda jgħaddu għas-semifinali tal-Coppa Italia appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here