Home TVM (Bil-Malti) Irtirata l-ħatra ta’ Konrad Mizzi bħala Kap tad-delegazzjoni Maltija tal-OSCE

Irtirata l-ħatra ta’ Konrad Mizzi bħala Kap tad-delegazzjoni Maltija tal-OSCE

8
0
SHARE
Advertisement

Il-ħatra tad-deputat Konrad Mizzi bħala Kap tad-Delegazzjoni Maltija fl-Assemblea Parlamentari tal-Organizzazzjoni dwar is-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa se tkun irtirita u fl-istess waqt il-Gvern talab parir legali dwar il-validità ta’ kuntratt ta’ konsulenza li ġie Dr.Mizzi mogħti mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu f’Diċembru li għadda. Il-kuntratt ta’ konsulenza ġie żvelat ilbieraħ mill-ġurnal The Times of Malta bil-ġurnal jirraporta li Dr.Mizzi ngħata konsulenza ta’ €80,000  mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu.

Dan kollu tħabbar fi stqarrija tal-Gvern illum li fiha l-Prim Ministru Robert Abela qal li dan il-Gvern qiegħed jagħti priorità assoluta għal governanza ġusta biex pajjiżna jkun’pożizzjoni li jimplimenta b’mod iktar effettiv il-ħidma tiegħu barra minn Malta.

Il-ħatra ta’ Dr. Mizzi  ġiet ikkritikata mill-Oppożizzjoni  Nazzjonalista li  ilbieraħ fi stqarrija ikkritikat l-għażla ta’ Dr Mizzi u qalet li b’dan il-mod il-Prim Ministru qed jagħmel bħal ta’ qablu b’dannu għar-reputazzjoni ta’ Malta. Stqarrija oħra qalet  l-Oppożizzjoni u l-maġġoranza assoluta tal-poplu Malti, li jrid jara normalità f’pajjiżna, tistenna li l-ewwel ħaġa li għandu jagħmel għada filgħodu Robert Abela hi li jittermina l-kuntratt oxxen, ta’ aktar minn sitt elef ewro fix-xahar, li ngħata l-eks Ministru tal-Panama Papers Konrad Mizzi. Anke l-Partit Demokratiku ma qabilx ma’ din in-nomina u qal li din tindika li l-bidliet favur governanza tajba huma biss bidliet kożmetiċi.

Ilbieraħ diversi membri Parlamentari li kienu fil-kabinett ingħataw ħatriet f’diversi kumitati u fit-tmexxija ta’ delegazzjonijiet parlamentari :  L-eks Ministru Justyne Caruana inhatretVici President tal-Kumitat tal-Parlament kif ukoll President tal-Kumitat parlamentari dwar l-abbozzi ta’ ligijiet. L-eks Ministru Joe Mizzi nhatar President tal-Kumitat parlamentari dwar l-Ambjent .L-eks Segretarju Parlamentari Anthony Agius Decelis nħatar President tal-Kumitat dwar il-Familja u l-Kumitat tal-Petizzjonijiet. L-oppożizzjoni oggezzjonat li jitwaqqaf ukoll kumitat aġġunt dwar l-abbozzi ta’ liġijiet, bil-viċi kap David Agius jgħid li mhemmx ħtieġa għalih.

Ħatra oħra hi tad-deputat Jean Claude Micallef bħala Kap tad-Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari tal-Mediterran u President tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji.

 

The post Irtirata l-ħatra ta’ Konrad Mizzi bħala Kap tad-delegazzjoni Maltija tal-OSCE appeared first on TVM Maltese.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit TVM (Malti)

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here