Home Net News Aston Villa jiksbu rebħa drammatika u se jilagħbu l-finali tal-League Cup f’Wembley

Aston Villa jiksbu rebħa drammatika u se jilagħbu l-finali tal-League Cup f’Wembley

2
0
SHARE
Advertisement

Aston Villa se jilagħbu l-finali tal-League Cup f’Wembley Stadium wara li kisbu rebħa drammatika ta’ 2-1 f’Villa Park fuq Leicester. Huma jistennew l-avversarji tagħhom bejn Manchester City u Manchester United, b’tal-ewwel jirbħu 3-1 l-ewwel logħba.

Matt Targett fetaħ l-iskor wara 12-il minuta b’xutt
djagonali fil-baxx, b’Kelechi Iheanacho jġib id-draw fit-72 minuta meta kompla
għal ġewwa wara kross fil-baxx mix-xellug ta’ Harvey Barnes. Bir-riżultat
tal-ewwel logħba ntemm 1-1, dehret li mhux se tkun deċiża sad-90 minuta, iżda
Trezeguet skorja l-gowl tar-rebħa fit-93 minuta b’konklużjoni mill-ewwel wara
kross fit-tul.

Fi tmiem il-logħba, il-partitarji ta’ Aston Villa
ċċelebraw billi qabżu fil-pitch hekk kif poġġew fil-ġenb għal ftit ħin id-diffikultajiet
fil-kampjonat.

League
Cup

Semifinali

Illum: Aston Villa v Leciester 2-1

Għada: Manchester City v Manchester United  8.45pm

The post Aston Villa jiksbu rebħa drammatika u se jilagħbu l-finali tal-League Cup f’Wembley appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here