Home Net News ‘Sagħtar’ se jirritorna wara ħames snin

‘Sagħtar’ se jirritorna wara ħames snin

4
0
SHARE
Advertisement

Il-Malta Union of Teachers se terġa’ tibda tippubblika l-magazine popolari tat-tfal – Sagħtar – aktar tard din is-sena.

Sagħtar għal żmien twil kienet għodda ta’ tagħlim ewlieni fil-klassijiet tal-Malti. Taħt il-ġestjoni tal-MUT mill-1976, Sagħtar ġie stampat kull xahar minn Ottubru sa Mejju għal 44 sena, sakemm l-ispejjeż sfurzaw il-pubblikazzjoni biex tieqaf fl-2015.

L-MUT ħarġet sejħa għal kontributuri, u stiednet lill-għalliema, l-awturi u l-edukaturi li huma interessati li jikkontribwixxu għall-pubblikazzjoni.

Fi stqarrija, l-MUT qalet li s-Sagħtar imġedded għandu l-għan li jolqot l-iskejjel bejn Ottubru li ġej u Mejju tal-2021 u se jinkludi pubblikazzjoni kemm fiżika kif ukoll diġitali.

“Sagħtar għandu jservi bħala sors ta’ edukazzjoni għall-istudenti u vetrina għall-awturi u l-artisti, kemm stabbiliti kif ukoll emerġenti. Il-kontribuzzjonijiet jistgħu jieħdu forom differenti, bil-miktub, illustrazzjonijiet, materjal awdjoviżiv, riċerka u informazzjoni, materjal rikreattiv u ħafna iktar ,” qalet l-istqarrija.

Il-kontributuri potenzjali jistgħu jirreġistraw l-interess tagħhom billi jimlew formola online.

The post ‘Sagħtar’ se jirritorna wara ħames snin appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here