Home Newsbook L-Ark Trijonfali tal-Furjana; appell għal aktar donazzjonijiet

L-Ark Trijonfali tal-Furjana; appell għal aktar donazzjonijiet

5
0
SHARE
Advertisement

L-ark trijonfali tal-festa ta’ San Publiju kellu 120 sena u ġie meqrud is-sena l-oħra wara li ħa n-nar. Dan l-inċident ixxokkja mhux biss lill-Furjaniżi iżda lill-poplu Malti u Għawdxi kollu. F’konferenza tal-aħbarijiet tħabbar li l-ark se jkun qed jerġa’ jinbena mill-ġdid u hemm bżonn ta’ aktar donazzjonijiet sabiex jitlesta.

Wara dan l-inċident il-Parroċċa Furjaniża
bdiet taħdem sabiex dan l-Ark jerġa’ jinħadem u jerġa’ jibda jitgawda
mill-poplu Malti u Għawdxi. L-ispiża biex jerġa’ jinbena dan l-Ark hija ta’
madwar €100,000 u s’issa nġabru madwar €60,000. Kull min jixtieq jagħti d-donazzjoni
tiegħu jista jkellem lill-Arċipriet tal-Furjana r-Reverendu Kanonku Dun Charles
Cini jew jagħmel l-għotja tiegħu fil-kont tal-Bank tal-APS 106660330013.

L-aħwa Ġulju u Charles Sacco se jkunu qed
jaħdmu fuq dan l-Ark il-ġdid. Huma magħrufin għax-xogħol artistiku tagħhom fuq
strutturi kbar f’diversi lokalitajiet.

L-Ark Trijonfali nbena fl-1899 fuq disinn
ta’ Giorgio Cassar. L-Ark kien fih madwar 65 biċċa separata, minbarra l-istatwa
ta’ San Publiju. L-Ark dam  jintrama regolarment
fil-festa ta’ San Publiju għal 40 sena sakemm faqqgħet it-Tieni Gwerra Dinjija.
Wara l-Gwerra, l-ark reġa’ beda jintrama fl-1999.

L-Arċisqof Charles Scicluna kien żar is-sit meta seħħ dan l-inċident u ħabbar li ta donazzjoni sabiex dan l-Ark jerġa’ jinbena mill-ġdid.

Aktar tard il-Gvern kien ħabbar li se jkun qed jagħti donazzjoni mill-Fond għal Kawżi Ġusti.

The post L-Ark Trijonfali tal-Furjana; appell għal aktar donazzjonijiet appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here