Home Newsbook Jitkompla l-kampjonat tal-ASMK nhar il-Ħadd

Jitkompla l-kampjonat tal-ASMK nhar il-Ħadd

3
0
SHARE
Advertisement

L-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi ser tkompli
bit-tiġrijiet tal-Karozzi Autocross mill-Kampjonat Nazzjonali ASMK Pasta
Poiatti 2019/2020 nhar il-Ħadd li
ġej. Din se tkun il-ħames attività
tal-istaġun u se ssir
fil-Kumpless Sportiv tal-ASMK f’Ta’Qali u tibda 11:00am.

Wara tliet tiġrijiet fil-quċċata tal-klassifika nsibu lil Andrew Pisani segwit minn Karl Micallef u Jean Paul Grech. Fi Klassi B insibu lil Jonathan Camilleri fuq quddiem, segwit minn Ryan Scicluna u Noel Vella.  

Fil-Klassi Autocross Standard bħalissa hemm Kyle Agius fuq quddiem tal-klassifika segwit minn Jerome Peplow u Nicovich Chircop.

Il-Ħadd li għadda ġiet organizzata t-tielet attività mill-Kampjonat Nazzjonali Wotomoto Enduro 2019/2020 fil-barriera
tal-Ballut Limiti tan-Naxxar. Għal din l-attività rreġistraw 19-il kompetitur maqsuma f’erba’ klassijiet. Bernard Sammut kompla jiddomina f’din l-attività
wara li rnexxielu jirbaħ kemm il-Klassi tiegħy kif ukoll l-Overall.

Fi Klassi B kien Kyle Stone li ddomina x-xena u rnexxielu
jirbaħ din il-klassi.

Klassi C
intrebħet minn Jamie Vassallo u l-Klassi D intrebħet min Julian Scicluna.

L-attività li
jmiss tal-Enduro se
ssir nhar il-Ħadd 9 ta’ Frar 2020 fl-Imqabba u se tibda’ fl-10:00am. Intant, il-Kumitat Eżekuttiv fuq parir
tal-Kumitat Autocross iddeċida li l-attività tal-Ħadd
12 ta’ Jannar 2020 li twaqqfet minħabba l-maltemp, se titkompla nhar it-Tnejn
10 ta’ Frar 2020, f’12:00pm.

The post Jitkompla l-kampjonat tal-ASMK nhar il-Ħadd appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here