Home Newsbook Jinqabad isuq xurban; multa ta’ €1,800

Jinqabad isuq xurban; multa ta’ €1,800

3
0
SHARE
Advertisement

Raġel ta’ 29 sena ġie mmultat €1,800 u
l-liċenzja sospiża wara li l-Qorti tal-Appell bidlet is-sentenza mgħottija mill-ewwel
Qorti.

Ir-raġel li kien twaqqaf mill-pulizija minħabba
l-pjanċi tal-karozza. Il-Pulizija xammet riħa qawwija ta’ alkoħol u talbet
lir-raġel jagħmel it-test tan-nifs li min-naħa tiegħu rrifjuta li jagħmel dan.

Fl-ewwel Qorti r-raġel kien qed jiġi
akkużat li saq taħt l-influwenza tal-alkoħol u li rrifjuta li jagħmel it-test
tan-nifs. Il-Qorti kienet illiberatu minn kull akkuża minħabba li kien hemm numru
tal-karta tal-identità nieqes fl-affidavit imħejji mis-surġent.

Għas-sentenza tal-ewwel Qorti, l-Avukat
Ġenerali appella bl-argument li r-raġel ma jistax jiġi lliberat minħabba numru
nieqes meta fid-dokument tat-test tan-nifs li ffirma Portelli u dak imniżżel
fl-akkużi huwa korrett.

Għal dan l-argument il-Qorti tal-Appell
ippreseduta mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera sabet lir-raġel ħati u
mmultatu €1,800 u l-liċenzja tas-sewqan sospiża għal sitt xhur.

The post Jinqabad isuq xurban; multa ta’ €1,800 appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here