Home Net News Immigranti irregolari arrestati waqt rewwixta

Immigranti irregolari arrestati waqt rewwixta

12
0
SHARE
Advertisement

Ilbieraħ għall-ħabta tas-7.30pm, il-Pulizija mir-Rapid Intervention Unit (RIU) u l-Għassa taż-Żurrieq ġew infurmati li kien hemm bżonn l-assistenza tagħhom ġewwa l-barracks ta’ Ħal Safi, Ħal Kirkop.

Il-Pulizija marru fuq il-post fejn ġew innutati persuni ġewwa l-Barracks b’wiċċhom mgħammad ikissru filwaqt li ma bdewx jobdu l-ordnijiet tal-uffiċjali tad-Detenzjoni.

L-istess persuni bdew jaqilgħu knaten minn mal-bini u jwaddbu bicciet minnom lejn l-uffiċjali, filwaqt li għamlu diversi ħsarat fid-dormitorji u l-kamra tal-uffiċjali tad-Detenzjoni.

Membri tal-Pulizija daħlu fil-post u ġabu s-sitwazzjoni lura għan-normal. Tim mediku kien ukoll fuq il-post sabiex tingħata l-għajnuna neċessarja f’każ ta’ xi ġrieħi. Wara li s-sitwazzjoni ġiet lura għan-normal, ġew identifikati 24 persuna li kienu qed jieħdu sehem f’din ir-rewwixta.

Huma ġew arrestati u ttieħdu l-Kwartieri Ġenerali għal iżjed stħarriġ u mhux eskluż li jitressqu b’arrest aktar tard mal-ġurnata.

The post Immigranti irregolari arrestati waqt rewwixta appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here