Home Net News Diane Schembri Xerri bi ġlieda boxing fil-Latvja s-Sibt li ġej

Diane Schembri Xerri bi ġlieda boxing fil-Latvja s-Sibt li ġej

8
0
SHARE
Advertisement

Is-Sibt li ġej, l-atleta Diane Schembri Xerri se tkun qed tirrappreżenta lil Malta fil-Latvja waqt l-avveniment Clash on the First. Għaliha dan se jkun l-ewwel avveniment tas-sena wara li l-2019 għaliha kienet sena impenjattiva, bl-aħħar kompetizzjoni f’Rosolini tkun f’Diċembru li għadda.

Schembri Xerri se tħabbatha ma’ Jekaterina Marcenko f’taqbida
professjonali boxing. Huma mistennija jiġġieldu fil-kategorija tas-57 kilogramm
taħt il-kappa tas-Super Featherweight f’bout ta’ erba’ rawnds ta’ żewġ minuti
kull wieħed. Bħas-soltu, l-atleta ta’ Ying Yang Team Noel Kickboxing Club, se
tkun assistita mill-kowċ tagħha Noel Mercieca.

The post Diane Schembri Xerri bi ġlieda boxing fil-Latvja s-Sibt li ġej appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here