Home Newsbook Ara min se jirrappreżenta lil Malta fil-kampjonati tal-Mediterran

Ara min se jirrappreżenta lil Malta fil-kampjonati tal-Mediterran

3
0
SHARE
Advertisement

It-tim Malti
tal-bowling se jkun irrappreżentat f’Pariġi minn Sue Abela u Justin Caruana
Scicluna kif ukoll minn Mauro Anastasi u Sara Xuereb.

Il-kompetizzjoni tal-irġiel kienet waħda kompettittiva
sew maqsuma fi tliet ijiem u
24 logħba missielta sal-aħħar.
Il-vantaġġ bikri mar għand Mark Spiteri, madankollu Caruana Scicluna u Anastasi fetħu vantaġġ fit-tieni jum, biż-żewġ plejers jagħtu prestazzjonijiet mill-aqwa logħba wara logħba.

Fl-aħħar Caruana Scicluna għeleb lil Anastasi b’ differenza
ferm żgħira ta’ 5pin (5205-5200), it-tnejn
b’medja kbira ta’ 216. Fit-tielet
post spiċċa Philip Gruppetta, filwaqt li Nicholas Muscat ta’ 15-il sena kellu prestazzjoni oħra eċċellenti biex spiċċa
r-raba’ mit-22 raġel b’medja ta’ 208 punti.

Abela u Xuereb iddominaw il-kwalifiċi tan-nisa, b’Abela
toħroġ rebbieħa b’medja ta’ 207 kontra
il-medja ta 204 ta’ Xuereb. L-istess
Abela u Xuereb kienu rebħu l-midalja tad-deheb fid-doubles fl-edizzjoni tal-MBC
tal-2019. Melissa Swift spiċċat fit-tielet post.

L-aħħar edizzjoni tal-kampjonati saru f’April li għadda meta t-tim Malti ġab
rekord ta’ 10 midalji, b’parteċipazzjoni
rekord ta’ 16-il pajjiż.
Il-President tal-MTBA Paul Baldacchino stqarr li t-tim ta’ Malta se jgħaddi minn tħejjija intensiva
għall-edizzjoni li jmiss.

The post Ara min se jirrappreżenta lil Malta fil-kampjonati tal-Mediterran appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here