Home One News Mhux ħatja li ħażnu u użaw diesel b’livell għoli ta’ kubrit

Mhux ħatja li ħażnu u użaw diesel b’livell għoli ta’ kubrit

9
0
SHARE
Advertisement

Il-Qorti tal-Appell irrevokat multa ta’ €10,000 fil-konfornt ta’ erba’ aħwa sidien ta’ barriera f’Ħad-Dingli li kienu nstabu ħajta li fl-2012 ħażnu u użaw diesel b’livelli għoljin ħafna ta’ kubrit aktar milli tippermetti l-liġi.

Fil-Qorti kien intqal li l-Pulizija bdiet tinvestiga wara li spetturi tal-Awtorità tar-Riżorsi ttestjaw kampjuni tad-diesel li ħadu mill-imħażen tal-kumpanija. Wieħed mill-aħwa qal li l-kumpanija Ramel u Żrar qatt ma xtrat diesel tal-kutrabandu u dejjem xtratu mingħand żewġ kumpaniji – Falzon Service Station u Cassar Petroleum Services Limited.

Fid-deċiżjoni tagħha, il-Qorti qalet li l-evidenza li nġiebet kontrihom ma setgħetx tintuża fil-qorti u kien għalhekk li biddlet id-deċiżjoni tal-ewwel qorti u ddikjarat lis-sidien innoċenti.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here