Home One News Jinżamm arrestat wara li allegatament seraq

Jinżamm arrestat wara li allegatament seraq

3
0
SHARE
Advertisement

Wayne Delia ta’ 34 sena li jgħix fl-isptar Monte Carmeli ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest wara li allegatament seraq minn diversi ħwienet.

Fil-Qorti ngħad kif l-akkużat allegatament daħal jistraq minn ħwienet fil-Gżira, f’Ħal Qormi u l-Ħamrun sabiex ikollu biżżejjed flus biex jixtri d-droga.

L-Ispetturi Kylie Borg u Stacy Attard qalu fil-Qorti li fis-7 ta’ Jannar li għadda, Delia għamel ħsarat f’ħanut f’Ħal Qormi u pprova jidħol f’ħanut ieħor fil-Gżira. Jumejn wara, huwa ġie arrestat mill-pulizija wara li pprova jisraq minn ħanut fil-Ħamrun.

Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. Il-Qorti qalet li Delia għandu jingħata l-għajnuna kollha possibli biex isegwi programm kontra l-vizzju tad-droga.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here