Home Newsbook Il-Mexxejja tas-Sudan t’Isfel qablu fuq waqfien mill-ġlied

Il-Mexxejja tas-Sudan t’Isfel qablu fuq waqfien mill-ġlied

5
0
SHARE
Advertisement

Il-Mexxejja Politiċi tas-Sudan
t’Isfel qablu fuq Ftehim ta’ Waqfien mill-Ġlied, li jevitaw aktar kunflitti
armati u li jfittxu d-djalogu sa ma jaslu għall-ġaċi fil-pajjiż.

Is-Sudan t’Isfel hu l-aktar pajjiż
ġdid fid-dinja u dan il-Ftehim intlaħaq wara li l-mexxejja tal-Gvern u
tal-Partiti tal-Oppożizzjoni, ltaqgħu f’laqgħa fil-Komunità San Egidio f’Ruma.

Il-Ftehim għall-Waqfien mill-Ġlied
ntlaħaq nhar it-Tnejn li għadda u l-mexxejja politiċi  tas-Sudan t’Isfel wiegħdu li jkomplu jaħdmu
fuq il-proċess għall-paċi fil-pajjiż u ftehmu dwar waqfien mill-ġlied li għandu
jidħol fis-seħħ mill-15 ta’ Jannar.

Appelli tal-Papa

Fi stqarrija ta’ għaxar punti,
il-partijiet involuti qalu li jħossuhom onorati bl-appoġġ u bl-appelli kontinwi
kemm spiritwali kif ukoll morali, tal-Papa Franġisku u l-Arċisqof ta’ Canerbury
u mexxejja oħra tal-Knisja, bix waslu għal dan il-Ftehim.

Wara sena ta’ tentattivi falluti biex
jintlaħaq ftehim u anke wara laqgħa mal-Papa Franġisku nnifsu fil-Vatikan
f’April, il-President Salva Kiir u l-mexxej tar-ribelli Riek Machar, f’Diċembru
qablu li jiffurmaw Gvern transitorju ta’ unità sa Frar li ġej, avolja għad
fadal kwestjonijiet politiċi importanti li għadhom pendent.

Il-Ftehim ta’ Waqfien mill-Ġlied hu
pass importanti  ‘l quddiem f’din id-direzzjoni.

Il-politiċi tas-Sudan t’Isfel b’dan
il-ftehim affermaw ir-rieda tagħhom li jsaħħu d-djalogu li jwassal
għar-rikonċiljazzjoni u stabilità billi jindirizzaw il-problemi ewlenin li
wasslu għall-kunflitt fil-pajjiż.

Il-mexxejja qalu li huma konxji
mit-tbatija bla precedent li għaddej minnha l-poplu tagħhom, kaġunat minn
gwerra ċivili devastanti u mill-ħtieġa urġenti li jieqaf il-ġdid.

Talba għall-medjazzjoni

Il-mexxejja esprimew it-twemmin
tagħhom li l-kunflitt fil-pajjiż jeħtieġ impenn politiku kbir  u qablu li jkomplu d-djalogu taħt l-awspiċi
tal-Komunità San Egidio, f’konsultazzjoni u l-appoġġ ta’ organiżazzjonijiet
reġjonali u l-komunità internazzjonali.

Il-firmatarji tal-Ftehim talbu
lill-Komunità San Egidio biex isejjaħ laqgħa tal-Awtorità Intergovernattiva
tal-Qarn tal-Afrika kemm jista’ jkun malajr u kkommettew ruħhom li “jħallu
l-aċċess kontinwu  u bla tfixkil ta’
għajnuna umanitarja lil organiżazzjonijiet nazzjonali u internazzjonali, inkluż
organiżazzjonijiet mhux governattivi, biex titaffa t-tbatija tal-poplu bħala
konsegwenza ta’ snin ta’ ġlied u diżastri naturali.

The post Il-Mexxejja tas-Sudan t’Isfel qablu fuq waqfien mill-ġlied appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here