Home Net News Raġel ta’ 43 sena akkużat li ta’ daqqiet ta’ sikkina lil sieħbu...

Raġel ta’ 43 sena akkużat li ta’ daqqiet ta’ sikkina lil sieħbu – jinżamm arrestat

8
0
SHARE
Advertisement

Raġel ta’ 43 sena minn Luton qed jinżamm arrestat hekk kif qed ikun mixli li ta daqqiet ta’ sikkina lil sieħbu. Il-każ seħħ f’San Pawl il-Baħar. Jirriżulta li l-akkużat, Paul Adam Cinato, joqgħod fl-istess appartament ma’ sieħbu.

Jirriżulta li l-argument inqala’ meta l-akkużat allegatament kellu xi jgħid ma’ sieħbu u ħebb għalih. Qal li qabel l-argument, l-akkużat bagħat messaġġi ta’ theddid lill-vittma. L-akkużat spiċċa telaq mill-appartament u ġie arrestat wara li mar lura fl-appartament.

Ir-raġel ta’ 43 sena qed ikun mixli li hedded u weġġa’ gravi lil sieħbu mingħajr l-intenzjoni li joqtlu. Qed ikun akkużat wkoll li ma kellux liċenzja biex iżomm arma. Skont il-Pulizija f’Novembru tas-sena l-oħra hu seraq mobile.

L-akkużat qed iwieġeb mhux ħati tal-akkużi mressqa kontrih.

The post Raġel ta’ 43 sena akkużat li ta’ daqqiet ta’ sikkina lil sieħbu – jinżamm arrestat appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here