Home Net News Raġel arrestat wara ‘hit and run’ f’Ħal Qormi

Raġel arrestat wara ‘hit and run’ f’Ħal Qormi

10
0
SHARE
Advertisement

Żagħżugħ ta’ 29 sena ġie miżmum mill-Pulizija b’rabta ma’ każ ta’ hit and run li seħħ f’Ħal Qormi nhar is-Sibt, 11 ta’ Jannar 2020.

Dan kollu wara li l-investigazzjonijiet mwettqa mill-Pulizija waslithom għas-suspettat li allegatament kien qed isuq il-vettura li tajret lir-raġel ta’ 69 sena fi Triq l-Imdina, f’Ħal Qormi.

Kelliema għall-Pulizija spjegaw li l-uffiċjali sabu l-karroza fl-inħawi ta’ Għar Lapsi, fil-limiti tas-Siġġiewi fejn ġew innotati ħsarat fuq il-vettura kompatibbli mal-inċident, fosthom il-parti fejn kien hemm il-mera, li tqaċċet, u li ġiet elevata mill-Pulizija minn fuq il-post tal-inċident erbat ijiem ilu.

Is-sewwieq tal-vettura qed jinżamm mill-Pulizija għal aktar stħarriġ, fejn mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem illi ġejjin.

The post Raġel arrestat wara ‘hit and run’ f’Ħal Qormi appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here