Home Newsbook Mexxejja tal-Knisja jfaħħru l-Ftehim li reġa’ ta lill-Irlanda ta’ Fuq, id-dritt li...

Mexxejja tal-Knisja jfaħħru l-Ftehim li reġa’ ta lill-Irlanda ta’ Fuq, id-dritt li tmexxi lilha nfisha

5
0
SHARE
Advertisement

Mexxejja
Kattoliċi fl-Irlanda ta’ Fuq laqgħu Ftehim li permezz tiegħu jista’ jitwaqqaf
Gvern fir-reġjun, wara tliet snin ta’ staġnar fi-negozjati. Il-Ftehim intlaħaq
nhar il-Ġimgħa li għadda biex b’hekk il-Partit Demokratiku ta’ Ulster – li hu favur
l-Ingilterra – u l-Partit Sinn Fein – li hu favur l-għaqda mal-Irlanda – ftehmu
li jaqsmu l-poter bejniethom u t-tnejn li huma jkollhom Ministri fil-Gvern.

Fi Ftehim li
kien intlaħaq nhar il-Ġimgħa l-Kbira tal-1998, il-Gvern tal-Irlanda ta’ Fuq
għandu jkollu fih rappreżentanti 
tal-komunitajiet Kattoliċi u Protestanti. Il-Gvern kien sfaxxa fl-2017 u
kwestjoni dwar il-lingwa żammet il-partijiet milli jilħqu ftehim.

Impożizzjonijiet

Dak iż-żmien, dissident tal-IRA wettqu atti ta’ vjolenza, is-servizzi soċjali fil-pajjiż marru lura filwaqt li anke l-kwestjoni dwar Brexit, qed tinkwieta r-reġjun. Barra minn dan, it-tmexxija diretta tar-reġjun mill-Ingilterra imponiet iż-żwiġijiet bejn persuni tal-istess sess u l-abort avolja ebda membru parlamentari mill-Irlanda ta’ Fuq ma vvota għal dan.

Il-Ftehim ta’
nhar il-Ġimgħa li għadda, imsejjaħ “New Decade, New Approach,” iwiegħed
aktar flus għall-qasam mediku u dak edukattiv li waqgħu lura ħafna, aktar
pulizija u rikonoxximent kemm tal-lingwa Irlandiża u li Scots Irish, li hu
djalett użat mill-komunità Protestanta.

Il-mexxejja
tal-Knejjes Insara Irlandiżi faħħru dan il-Ftehim u lill-politiċi li fl-aħħar
reġgħu taw lilll-Irlanda ta’ Fuq id-dritt li tmexxi l-affarijiet tagħha.

 “Matul dan il-vjaġġ twil aħna
fittixna li ninkoraġixxu lil dawk kollha involuti biex jagħmlu pass ieħor u
jaħdmu bi kreattività u b’kuraġġ għal ftehim li jara lill-Irlanda ta’ Fuq u
l-istituzzjonijiet tagħha jaħdmu mill-ġdid” tgħid stqarrija konġunta
mill-Knisja Kattolika, il-Knisja Anglikana tal-Irlanda, il-Knisja Metodista,
il-Knisja Presbiterjana u l-Kunsill tal-Knejjes Irlandiżi.

“Aħna nemmnu li dan il-Ftehim hu wieħed ambizzjuż u bilanċjat li jħares lejn il-ġid komuni u li aħna nittamaw li jista’ jibda jindirizza l-kriżi politika u soċjali li żviluppat minħabba l-assenza fit-tul ta’ Assemblea u Eżekuttiv funzjonabbli.”, tgħid l-istqarrija.

“Il-prinċipji
tal-kontabilità, trasparenza u responsabbiltà li hemm
identifikati fil-Ftehim huma kruċjali biex ikollna Gvern stabbli biex
nassiguraw li l-esperjenza ta’ dawn l-aħħar tliet qatt aktar ma’ tkun ripetuta.
Barra minn fiduċja u spirtu ġeneruż, dawn il-miżuri joffruopportunità biex
tinbena soċjetà ġusta u fil-paċi bażata fuq ir-rispett u r-rikonoxximent
tal-identità kulturali ta’ xulxin”, żiedu jgħidu l-mexxejja reliġjużi.

Titjib

Huma laqgħu wkoll il-wegħdi prattiċi ta’ titjib fl-oqsma tal-edukazzjoni, is-saħħa u s-servizzi soċjali, tingħata attenzjoni l-kriżi tas-saħħa mentali u titfejjaq il-pjaga tas-settarjaniżmu u l-paramilitariżmu.

L-Isqfijiet
żiedu jgħid li “Is-sena li għaddiet nidejna djalogu ċivili bejn il-partiti
politiċi u rappreżentanti tas-soċjetà  ċivili
fl-Irlanda ta’ Fuq. Ninnutaw li meta s-sistema politika tfalli,
ir-responsabbiltà biex tkun irranġata u restawrata ma hix tal-politiċi biss.
Għalhekk qed inġeddu l-impenn tagħna li nappoġġjaw lill-Eżekuttiv il-ġdid hekk
kif dan jibda jaħdem flimkien mas-soċjetà ċivili u nagħrfu r-responsabbiltà
kollettiva tagħna, għall-ġid komuni” tgħid l-istqarrija.

“Illum hu
bidu ġdid għall-istituzzjonijiet politiċi fl-Irlanda ta’ Fuq, bidu li jġib
miegħu tama ġdida. L-istorja tal-fidi nisranija hi waħda ta’ bidu ġdid, fejn
il-falliment qatt m’għandu l-aħħar kelma u kolox jista’ jiġġedded.  Aħna nkomplu nitolbu għal dawk kollha involuti
li jaraw li dan il-Ftehim jaħdem, ninkoraġġuhom għall-ġid tal-komunità kollha”,
temmew jgħidu l-mexxejja reliġjużi.

The post Mexxejja tal-Knisja jfaħħru l-Ftehim li reġa’ ta lill-Irlanda ta’ Fuq, id-dritt li tmexxi lilha nfisha appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here