Home Net News L-arma li biha nqatel Lassana Cisse se tintbagħat l-Olanda

L-arma li biha nqatel Lassana Cisse se tintbagħat l-Olanda

4
0
SHARE
Advertisement

L-arma li allegatament intużat minn Francesco Fenech miż-Żejtun u Lorin Scicluna minn Raħal Ġdid biex inqatel Lassana Cisse f’Birżebbuġa f’April li għadda se tintbagħat l-Olanda għat-testijiet ballistiċi.

Il-Maġistrat Ian Farrugia ħareġ din l-ordni f’digriet li huwa ta u dan wara talba li kienet saret f’Lulju li għadda fejn il-Prosekuzzjoni kienet talbet lill-Qorti biex tappunta espert ballistiku biex jeżamina l-arma li ġiet sparata, u li din kienet instabet fil-pusses ta’ Lorin Scicluna, li bħal sieħbu l-akkużat Francesco Fenech huwa eks suldat fl-Armata Maltija.

Għandhom isiru wkoll analiżi komparattivi fuq fuq l-iskrataċċ li kienu nstabu fil-madwar u anke dawk misjuba fil-ġisem tal-vittma. Il-pistola tat-tip CZ P10 li allegatament intużat mill-akkużati se tiġi ttestjata mill-Istitut Forensiku Olandiż ġewwa The Hague. Uffiċjal Malti mill-Korp tal-Pulizija se jieħu miegħu l-arma l-Olanda biex jgħaddiha lil esperti.

Francesco Fenech ta’ 21 sena u Lorin Scicluna ta’ 22 sena jinsabu akkużati li qatlu lil Lassana Cisse Souleymane ta’ 42 sena mill-Kosta tal-Ivorju, f’hekk imsejjaħ qtil motivat minn twemmin razzist, fejn il-qattiela sparaw waqt li kienu qegħdin isuqu karozza f’Birżebbuġa.

Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispettur Keith Arnaud filwaqt li l-Avukati Franco Debono, Kris Busietta u Julian Farrugia qegħdin jidhru għal Lorin Scicluna. L-Avukati Giannella DeMarco u Stephen Tonna Lowell qegħdin jidhru għal Francesco Fenech,

The post L-arma li biha nqatel Lassana Cisse se tintbagħat l-Olanda appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here