Home Newsbook Jingħaqdu flimkien għal Sanremo

Jingħaqdu flimkien għal Sanremo

4
0
SHARE
Advertisement

L-aħbar
hija waħda uffiċjali. Al Bano u Romina Power se jkunu qed jitilgħu mill-ġdid
fuq il-palk tal-Ariston waqt is-70 edizzjoni ta’ Sanremo. Mhux se jkunu qed
jikkompetu iżda se jkunu fost il-mistednin.

Waqt Sanremo huma se jkunu qed jippreżentaw silta ġdida, miktuba minn ħadd ħlief Cristiano Malgioglio li stqarr li kien hu li kkuntattja lil Al Bano u ħareġ bl-idea li jiktbilhom kanzunetta.

Għal Malgioglio, magħruf l-aktar għas-silta Dolce Amaro u għas-sehem tiegħu f’Grande Fratello, din il-kanzunetta li t-titlu tagħha s’issa mhux magħruf, tfisser l-ewwel kitba oriġinali ta’ kanzunetta fi żmien 25 sena.

Dwar din il-kanzunetta għad mhux magħruf wisq aktar dettalji għajr li se tkun kanzunetta ta’ mħabba li Malgioglio kiteb apposta għal din il-koppja.

Sanremo se jkun qed isir bejn it-Tlieta 4 ta’ Frar u s-Sibt 8 ta’ Frar. Il-lista tal-parteċipanti diġà ħarġet.

Bosta artisti oħra se jkunu qed jieħdu sehem bħala mistiedna u dawn jinkludu lil Johnny Dorelli, Fiorello, Sabrina Salerno, Mara Venier, Mika, Monica Bellucci, Tiziano Ferro, Kim Rossi Stuart u Roberto Benigni.

Se jkunu mistieden wkoll Massimo Ranieri li f’serata minnhom se jkun qed jagħmel dwett ma’ Tiziano Ferro.  

The post Jingħaqdu flimkien għal Sanremo appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here