Home Net News It-tarmak jerġa’ jsir mill-ġdid

It-tarmak jerġa’ jsir mill-ġdid

6
0
SHARE
Advertisement

Il-famuża Triq Gorg Borg Olivier fir-Rabat, mill-ġdid
fl-aħbarijiet, hekk kif din it-triq f’inqas minn xahar minn mindu tlestiet….
qed terġa’ tinqala’.

Ix-xogħol fuq din it-triq, li ilu għaddej minn Jannar li għadda ma sarx sew bil-konsegwenza li kellha terġa’ ssir mill-ġdid. Dan b’detriment għar-residenti ta’ din il-lokalita kif ukoll għal eluf ta’ nies li ta’ kuljum jagħmlu użu minn din it-triq. Apparti l-fatt li dan kollu juri n-nuqqas ta’ pjanar minn naħa tal-Gvern… fejn l-ammont ta’ tarmak li spiċċa nħela seta’ faċilment intuża biex isiru toroq oħra.

Diversi residenti li tkellmu ma’ Net News stqarrew li jinsabu
rrabjati ferm għall-ammont kbir ta’ traffiku li qed jinġema’ f’dawn l-inħawi,
kif ukoll l-inkovenjent li qed jispiċċaw jgħaddu minnhom kawża tax-xgħolijiet
li qed isiru – inkonvenjent li jaffetwa anke lil tal-hwienet.

Il-minority leader tal-Kunsill Lokali tar-Rabat, Ian Vassallo lura f’Diċembru li għadda ressaq ammont ta’ mistoqsijiet dwar il-kwalità tax-xoghol u s-sigurtà ta’ din it-triq; domandi li kellhom jiġu diskussi waqt laqgħa li kienet pjanata għat-8 ta’ Jannar iżda din ma saritx u għalhekk għad hemm stennija għat-twegibiet.

F’din il-laqgħa kellhom jiġu diskussi għadd ta’ preokkupazzjonijiet tar-residenti fosthom is-saħħa u s-siġurtà tagħhom minħabba l-ammont kbir ta’ traffiku li qed jgħaddi u x’inċentivi li qed isiru biex kemm jista’ jkun jitnaqqas l-ammont ta’ karozzi li jgħaddu minn din it-triq ewlenija li twassal lejn Had-Dingli u l-Buskett.   

Apparti dan kollu, parti minn Triq San Duminku, in-naħa ta’ misraħ San Duminku, ġiet ogħla mill-bankina, fejn qed issir ħsara lid-djar tar-residenti. Il-minorty leader tal-Partit Nazzjonalista għarraf b’dan kollu lill-Kunsill Lokali iżda s’sissa għadu ma kellux tweġiba jekk din it-triq hux se terġa tinqala’ wkoll.

The post It-tarmak jerġa’ jsir mill-ġdid appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here