Home Newsbook Ir-reshuffle tal-kabinett mistenni jiġi ffinalizzat illum

Ir-reshuffle tal-kabinett mistenni jiġi ffinalizzat illum

6
0
SHARE
Advertisement

Il-mistoqsija fuq fomm bosta hija “meta se jkun qed
jitħabbar uffiċċjalment il-Kabinett?” Dan hekk kif fis-sigħat li ġejjin, Robert
Abela se jkun għalaq jumejn mill-ħatra tiegħu bħala Prim Ministru ta’ Malta. Newsbook.com.mt
jinsab infurmat li Abela mistenni jiffinalizza l-membri tal-kabinett tiegħu
illum.

Wara jum sħiħ ta’ laqgħat ma dawk li mistennija jiffurmaw
parti mill-kabinett, l-indikazzjonijiet qed juru li:

  • Chris Fearne se jżomm il-pożizzjoni tiegħu bħala Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa.
  • Byron Camilleri huwa mistenni jingħata f’idejh il-Ministeru għall-Intern.
  • Edward Zammit Lewis se jingħata l-Ministeru għall-Ġustizzja.
  • Qed jingħad li Edward Scicluna se jżomm il-Ministeru għall-Finanzi.
  • Aaron Farrugia, Evarist Bartolo, Clifton Grima, Julia Farrugia Portelli u Justyne Caruana mistennija jingħataw xi portafoll fil-kabinett ukoll.
  • Sorsi li tkellmu ma’ Newsbook.com.mt qalu li Owen Bonnici se jingħata f’idejh il-Ministeru għall-Edukazzjoni.
  • Newsbook.com.mt jinsab infurmat li l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin se jingħata lil Evarist Bartolo.
  • Qed jingħad li Aaron Farrugia u Josè Herrera se jingħataw karigi f’Ministeri ġodda.
  • Silvio Schembri jidher li se jingħata l-portafoll tal-Ekonomija.
  • Rapporti qed jindikaw li d-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista mhux se jkun qed jifforma parti mill-kabinett ta’ Abela għax ma aċċettax li jieħu l-Ministeru għat-Turiżmu f’idejh.
  • Ir-reshuffle ta’ Cardona jaf iwassal għat-tmiem tal-irwoli li kellhom Joe Mizzi, Chris Agius u Anthony Agius Decelis fil-kabinett ta’ Joseph Muscat.

Abela ġie elett bħala mexxej tal-Partit Laburista fis-sigħat bikrin tal-Ħadd filgħodu, imbagħad it-Tnejn ħa l-ġurament tal-ħatra fil-Palazz tal-President fil-Belt Valletta. Mill-ewwel kien hemm ħafna mistoqsijiet dwar min se jkun qed iservi fil-kabinett u minn se jibda jkun qed jaħdem fl-uffiċju tal-Prim Ministru fil-Berġa ta’ Kastilja.

Waħda mill-mistoqsijiet fuq fomm kulħadd kienet il-pożizzjoni ta’ Chris Fearne, li taħt Muscat serva bħala Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa. Dan hekk kif hu ma kienx preżenti għall-ġurament tal-ħatra, iżda mar mill-ewwel Kastilja, fejn ftit tal-ħin wara l-ħatra, Abela mexxa l-ewwel laqgħa tal-grupp parlamentari.

Ilbieraħ imbagħad ħareġ li Fearne jidher li se jkun qed iżomm postu bħala Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa. Dan ġie rrappurtat fil-ġurnal timesofmalta.com fejn ikkwotaw sorsi li kkonfermaw li Fearne u Abela laħqu ftehim li ma jkunx hemm tibdil mill-irwol eżistenti.

Intant, mistoqsija oħra li qajmet kontroversja sħiħa kienet
ir-raġuni għaliex Neville Gafà, uffiċjal kontroversjali fl-Uffiċċju tal-Prim
Ministru, attenda għaċ-ċerimonja tal-ħatra.

Gafà huwa kontroversjali peress li huwa akkużat fil-qorti b’rabta mal-iskandlu tal-viżas mediċi. F’Ottubru fetaħ kawża quddiem il-Qorti Kostituzzjonali kontra l-Avukat Ġenerali dwar il-kwalità li ntużat fil-Qorti waqt l-aħħar seduta biex xehdu l-Libjani permezz ta’ telefonata fuq Skype.

Ilbieraħ imbagħad, Neville Gafa rriżenja minn uffiċjal
fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Huwa kien ġie maħtur bħala person of trust
mill-Prim Ministru Joseph Muscat. Ir-riżenja tas-Sur Gafa kienet aċċettata
miċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Clyde Caruana. Caruana kkonferma ma’ Newsbook.com.mt
li Gafa tah l-ittra tar-riżenja. Huwa ma qalx x’kienet ir-raġuni għal din
ir-riżenja.

The post Ir-reshuffle tal-kabinett mistenni jiġi ffinalizzat illum appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here