Home Newsbook Ir-reliġjożità tal-Kattoliċi Pollakki hi stabbli

Ir-reliġjożità tal-Kattoliċi Pollakki hi stabbli

3
0
SHARE
Advertisement

L-aħħar
riżultati ta’ riċerka dwar ir-reliġjożita tal-poplu Pollakk turi li r-relijożità
ta’ dan il-poplu hi waħda stabbi u baqgħet l-istess livell ta-sena ta’ qabel.
Dan ifisser li fl-2018 38.2% tal-Kattoliċi semgħu l-Quddies fil-jum tal-Ħadd
filwaqt li 17.3%, tqarbnu.

L-Annwarju
Statistiku tal-Knisja Kattolika fil-Polonja u li għandu bħala sena ta’ bażi
l-2018 kien pubblikat mid-Djoċesi, fis-7 ta’ dan ix-xahar.

Id-“dominicantes”, – dawk li
għandhom l-obbligu tal-Quddies, fl-2018 naqsu b’0.1  mill-2017, u kienu jammontaw għal
38.2 fil-mija tal-popolazzjoni Pollakka. Min-naħa l-oħra, il-“comunicantes”
dawk li tqarbnu waqt il-Quddies naqsu b’ O.3 fil-mija fuq is-sena ta’ qabel u
kienu jirrapreżentaw 17 fil-mija tal-popolazzjoni.

Kif inhi
t-tradizzjoni, l-ogħla livelli ta’ parteċipazzjoni fil-Quddies tal-Ħadd kienu
reġistrati fid-djoċesi ta’ Tarnow (71.3%); Rzeszòw (64.3%) u Przwmyl (60.4%).

Parroċċi u
qassisin

Skont din
il-pubblikazzjoni fil-Polonja hemm 10,356 parroċċi Kattoliċi li hu moqdija minn
20,500 qassis.  B’kollox hemm 25,000
qassis fil-pajjiż filwaqt li fl-2018 kien hemm 2,200 seminarist qed jippreparaw
biex ikunu Ordnati saċerdoti.

Fil-Polonja
hemm ukoll, 2,200 komunita reliġjuża tas-sorijiet btotal ta’ 17,600 soru.
Il-patrijiet reliġjużi u membri ta’ soċjetajiet apostoliċi, fl-2018 kien ta’
11,400.

Sentejn ilu,
tgħammdu aktar minn 386,000 persuna. 400,000 irċivew l-Ewwel Tqarbina filwaqt
li s-Sagrament tal-Konfermazzjoni (Griżma tal-Isqof), irċivewh 300,000 persuna
li kienu 3.5% aktar minn dawk li rċivew il-Griżma fl-2017.  Kienu ċelebrati wkoll 133,000 żwieġ nisrani.

Fis-sena
skolastika 2018/19 88% tal-istudenti attendew għal-lezzjonijiet tar-reliġjon
fl-istituzzjonijiet edukattivi kollha li hemm madwar il-pajjiż.

The post Ir-reliġjożità tal-Kattoliċi Pollakki hi stabbli appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here