Home Net News Il-ħelikopter għall-pazjenti Għawdxin reġa ma ħadimx

Il-ħelikopter għall-pazjenti Għawdxin reġa ma ħadimx

6
0
SHARE
Advertisement

Aktar
problemi serji fuq il-mejda tal-Ministru Justyne Caruana hekk kif
il-ħelikopter li jġorr il-pazjenti bejn Malta u Għawdex kmieni
nhar it-Tnejn filgħodu ma startjax bir-riżultat li pazjent Għawdex
li kien sofra minn attakk tal-qalb ma setax jittieħed b’mod immedjat
għall-kura fl-Isptar Mater Dei.

Il-każ
seħħ kmieni nhar it-Tnejn filgħodu meta mill-Isptar Stewart
intalbet l-assistenza tal-ħelikopter biex pazjent li kien sofra minn
attakk tal-qalb u kellu bżonn tal-kura immedjata f’Malta, fil-fatt
jinġieb fl-Isptar Mater Dei.

Meta
t-tekniċi tal-ħelikopter ippruvaw jistartjaw il-makna
tal-ħelikopter irriżulta li din ma kenitx qed taħdem u għalhekk
kienet abbandunata l-idea li dan il-pazjent ikun trasferit lejn Malta
bil-ħelikopter. Sadattant b’dak li kien qiegħed jiġri kienu
infurmati wkoll l-operaturi tal-Gozo Channel li ntalbu jżommu
t-traġitt li kien imiss – dak tal-4.45am – biex dan il-pazjent
ikun jista’ jittieħed lejn Malta bl-ambulanza.

Fil-fatt
it-traġitt lejn iċ-Ċirkewwa ttardja b’għoxrin minuta u telaq
mill-Imġarr ċirka l-5.05am. Dan meta l-kundizzjoni tal-pazjent –
inċidentalment ukoll impjegat tal-Gozo Channel – kienet waħda
mill-aktar kritika tant li kien imperattiv għall-Isptar Stewart li
l-pazjent jinġieb Malta minnufih u bil-ħelikopter.

Dwar
dan kollu nżamm skiet totali kemm mill-Ministeru għal Għawdex kif
ukoll mill-Isptar Steward li ma ħarġu l-ebda dikjarazzjoni dwar
din il-ħsara teknika ġdida b’rabta mal-ħelikopter li fix-xhur li
għaddew kien f’numru ta’ drabi protagonista għall-fatt li ma kienx
fi stat li jtir bejn Malta u Għawdex.

Barra
minn hekk kien hemm ukoll każ ta’ pazjent ieħor li din id-darba,
sfortunatament, tilef ħajtu għaliex il-ħelikopter ma kienx fi stat
li jaħdem u għalhekk dan il-pazjent ma ngħatax kura f’waqtha.
Nifhmu li fis-sigħat ta’ wara l-inċident tat-Tnejn li għadda,
persuni tekniċi ħadmu fuq il-ħelikopter bit-tama li l-ħsarat li
kellu jissewwew u hekk ikun fi stat li jerġa’ jittajjar.

Sadattant
iżda nhar it-Tnejn ukoll seħħ inċident ieħor kurjuż marbut
mal-mezzi ta’ trasport li jaqsmu bejn Malta u Għawdex hekk kif
il-car lifter abbord il-vapur ‘MV Nikolaos’ ma ħadmitx u l-karozzi
kollha li kien hemm fis-sular ta’ fuq spiċċaw maqbuda ġewwa.

Dan
l-inkonvenjent dam għaddej ċirka tliet sigħat bi frustazzjoni
kbira mhux biss għas-sewwieqa u l-passiġġieri, imma wkoll
għall-istess ħaddiema tal-‘MV Nikolaos’ li kellhom jieħdu ftit
tal-ħin mhux ħażin biex is-sitwazzjoni abbord reġgħet ġiet
għan-normal.

L-‘MV
Nikolaos’ bħalissa jinsab mill-ġdid taħt il-lenti hekk kif sar
magħruf li minn fuq dahar il-poplu Malti, qed jitħallsu xejn inqas
minn €10,000 kuljum għas-servizz li dan qed jagħti bejn
iċ-Ċirkewwa u l-Imġarr.

The post Il-ħelikopter għall-pazjenti Għawdxin reġa ma ħadimx appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here