Home Net News Il-Gvern tar-Russja jirriżenja waqt li Putin iħejji għall-futur…

Il-Gvern tar-Russja jirriżenja waqt li Putin iħejji għall-futur…

3
0
SHARE
Advertisement

Irriżenja l-Gvern tal-Prim Ministru Dmitry
Medvedev, b’dan ikun ikkonfermat sigħat wara li l-President tar-Russja,
Vladimir Putin, tkellem fil-Parlament fejn ħabbar il-pjani biex tinbidel
il-Kostituzzjoni ta’ pajjiżu.

Intant, Putin – skont l-aħħar rapporti — talab
lil Medvedev biex jaċċetta l-kariga ta’ Viċi-Kap tal-Kunsill tas-Sigurtà
Nazzjonali tar-Russja. Dan waqt li Medvedev innifsu qal li l-proposti
tal-President għandhom jibdlu l-bilanċ tal-poter fir-Russja b’mod u manjiera
sinifikanti.

Fil-fatt, l-indikazzjonijiet huma li l-bidliet
fil-Kostituzzjoni huma intenzjonati biex Putin jibqa’ għaddej bil-poter għal
aktar fit-tul milli hu permess bħalissa.

L-ewwel aħbar minn Moska kienet li ‘f’dan
il-kuntest, il-Gvern tar-Russja qiegħed jirriżenja fil-forma attwali’. L-aħbar
kienet waħda sorprendenti u l-President Putin, fi stqarrija, irringrazzja
lill-amministrazzjoni li għadha kemm spiċċat ‘għal dak kollu li hi rnexxielha
tikseb’.

Vladimir Putin mistenni jtemm ir-raba’ mandat ta’
poter fl-2024 u, kif inhuma l-affarijiet fil-preżent, mhux intitolat għal
mandat ieħor taħt it-termini attwali tal-Kostituzzjoni.

Meta kellem lill-aġenzija tal-aħbarijiet Tass, Dmitry Medvedev (eks President
tar-Russja bejn il-2008 u l-2012) qal li l-bidliet kostituzzjonali proposti
minn Vladimir Putin għandhom jintroduċu ‘taqlib sostanzjali’ mhux biss għal
diversi artikli tal-Kostituzzjoni iżda anki ‘fil-bilanċ sħiħ tal-poter,
il-poter tal-eżekuttiv, il-poter tal-leġislatura u s-saħħa tal-ġudikatura’.

Sadanittant, il-korrispondenti f’Moska qablu
li  ma kenitx ċara ‘il-vera raġuni’
għalfejn Putin għażel li jneħħi lil Medvedev minn Prim Ministru.

The post Il-Gvern tar-Russja jirriżenja waqt li Putin iħejji għall-futur… appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here