Home Newsbook Filmat: Il-PM jibda l-jum bi żjara speċjali

Filmat: Il-PM jibda l-jum bi żjara speċjali

4
0
SHARE
Advertisement

Il-Prim Ministru Robert Abela beda t-tieni jum sħiħ tiegħu fil-kariga bi żjara kemxejn differenti. Kif ħareġ mill-karozza malli wasal il-Berġa ta’ Kastilja, huwa ntlaqa’ minn grupp ta’ studenti.

Malli lemaħ lit-tfal, Abela qal lill-impjegati tiegħu, “Tuni ċans ħa ngħajtilhom lit-tfal.” Mar jifraħ bihom u jgħannaqhom. Beda jistaqsihom kif inhuma u x’qegħdin jagħmlu. Wieħed mit-tfal qallu li kellu mistoqsija fix-xogħol li kien qed jagħmel dwaru stess.

Abela offrielhom li jidħlu miegħu fl-uffiċċju. “Tlaqna!” qalilhom.

Il-mistoqsija fuq fomm bosta hija “meta se jkun qed jitħabbar uffiċjalment il-Kabinett?” Newsbook.com.mt jinsab infurmat li Abela mistenni jiffinalizza l-membri tal-kabinett tiegħu illum.

Mil-laqgħat kontinwi li kellu l-Prim Ministru mal-Membri Parlamentari tul il-jum ilbieraħ, jidher illi Chris Cardona mhuwiex se jibqa’ Ministru, u Owen Bonnici mhux se jibqa’ Ministru tal-Ġustizzja.

Filmat: Miguela Xuereb

The post Filmat: Il-PM jibda l-jum bi żjara speċjali appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here