Home Net News “Ċerti espressjonijiet huma eżaġerati”

“Ċerti espressjonijiet huma eżaġerati”

4
0
SHARE
Advertisement

L-Avukat li qed jassisti tnejn mill-persuni
suspettati bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia oġġezzjona għan-narrattiva
li ntużat mill-prosekuzzjoni
waqt ix-xhieda tat-tliet akkużati.  

Dan hekk kif l-Erbgħa
filgħodu kompliet il-kumpilazzjoni
tal-aħwa Degiorgio u Vince Muscat akkużati b’dan l-assassinju.

L-avukat aċċenna ghal ċerti
espressjonijiet użati mill-Avukat Ġenerali meta saret id-deskrizzjoni
taċ-ċirkostanzi fl-assassinju tal-ġurnalista.

Fix-xhieda ntqal li kien hemm
diversi affarijiet li ntqalu u li drammatizzaw l-avvenimenti kif saru.  L-Avukat William Cuschieri qal li sakemm il-persuna ma tkunx preżenti fuq
is-sit fil-ħin tal-isplużjoni, wieħed ma jistax jgħid li l-isplużjoni regħdet iż-żona tal-Bidnija. Saħaq ukoll li ċerti kummenti kienu biss
immaġinazzjoni fertili. B’referenza għad-dgħajsa tal-akkużat bħala “cabin cruiser”…fejn ngħata l-impressjoni ta’ lussu. L-avukat sostna li dawn
l-espressjonijiet kollha fl-akkuzi qed jahdmu għad-detriment
tal-akkużati.

Fir-rigward tal-uffiċjali tal-pulizija
barranin
mill-FBI, l-Europol u l-Istitut Forensiku Olandiż li kienu xehdu fil-proċeduri tal-qtil, l-Avukat Cuschieri saħaq li dawn ma qalux biss il-fatti imma kienu marru oltre.

Għal din ir-raġuni, l-avukat qed jitlob li s-siltiet kollha tat-testimonjanzi fejn
esperti barranin kienu esprimew l-opinjoni tagħhom, jitneħħew mir-rekords
tal-każ.

Ir-rekords tal-kumpilazzjoni tal-provi kontra George u
Alfred Degiorgio u Vincent Muscat, kienu ntbagħtu lura lill-Qorti
tal-Maġistrati biex ikunu jistgħu
jinstemgħu provi ġodda.

Fil-fatt, Melvin Theuma kien xehed quddiem il-Maġistrat
Claire Stafrace Zammit, qabel ir-rekords kienu għal darb’oħra mibgħuta lura
lill-Qorti Kriminali, preseduta minn
Edwina Grima.

Id-Deputat
Avukat Ġenerali
Philip Galea Farrugia deher f’isem il-prosekuzzjoni, filwaqt li l-Avukat Jason Azzopardi
deher f’isem il-familja tal-vittma.
L-Avukat Marc Sant assista
lil Vincent Muscat bħala avukat tal-għajnuna legali.

The post “Ċerti espressjonijiet huma eżaġerati” appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here