Home Newsbook Arrestat raġel b’rabta ma’ hit and run f’Ħal Qormi

Arrestat raġel b’rabta ma’ hit and run f’Ħal Qormi

5
0
SHARE
Advertisement

Il-Pulizija arrestat raġel ta’ 29
sena li allegatament kien qed isuq il-karozza li tajret anzjan f’Ħal Qormi u baqgħet
sejra xi jiem ilu.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li l-arrest tar-raġel sar fl-istess waqt li l-Pulizija sabet il-vettura li allegatament kienet involute fil-każ. Il-karozza nstabet fl-inħawi ta’ Għar Lapsi, fil-limiti tas-Siġġiewi. L-ivestigazzjonijiet wasslu għall-konklużjoni li l-ħsarat fuq il-karozza huma kompatibbli mal-inċident, fothom il-parti fejn kien hemm il-mera, li tqaċċtet, u li ġiet elevate mill-Pulizija minn fuq il-post tal-inċident erbat ijiem ilu.

Is-sewwieq tal-karozza qed
jinżamm mill-Pulizija għal aktar stħarriġ. Hu mistenni jitressaq il-Qorti
fil-jiem li ġejjin.

L-anzjan ta’ 69 sena kien indarab
gravi kawża tal-inċident.

The post Arrestat raġel b’rabta ma’ hit and run f’Ħal Qormi appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here