Home Newsbook Ara min huma s-17-il Ministru u 8 Segretarju Parlamentari ġdid

Ara min huma s-17-il Ministru u 8 Segretarju Parlamentari ġdid

3
0
SHARE
Advertisement

L-Uffiċċju tal-Prim Ministru ippubblika l-lista uffiċċjali ta’ min se jkunu
l-Ministri u s-Segretarji Parlamentari fil-kabinett ta’ Robert Abela
sal-elezzjoni ġenerali li jmiss.

Fil-lista wieħed jista’ jara kif oqsma bħall-akkomodazzjoni soċjali,
il-wirt nazzjonali, il-protezzjoni tal-konsumatur u d-drittijiet tal-annimali ttellgħu
fuq livell ministerjali.

Ġie spjegat li l-Ġustizzja u l-Governanza kif ukoll l-Ambjent u
l-Ippjanar ġew ikkonsolidati f’ministeru wieħed filwaqt li l-Infurzar tal-Liġi
ngħata responsabbiltà ministerjali flimkien mal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.

Intqal ukoll li l-oqsma Ewropej u barranin ingħaqdu f’dekasteru wieħed, dan
sabiex il-pajjiż jimplimenta b’mod iktar effettiv il-ħidma tiegħu barra minn
Malta.

 Min huma l-Ministri
fil-Kabinett il-ġdid?
 

Chris Fearne – Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa

Evarist Bartolo – Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej

Edward Scicluna – Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji

Michael Farrugia – Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma

Owen Bonnici – Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

José Herrera – Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali

Carmelo Abela – Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru (responsabbli mill-iżvilupp
sostenibbli, djalogu soċjali u implimentazzjoni tal-manifest elettorali)

Ian Borg – Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali

Justyne Caruana – Ministru għal Għawdex

Michael Falzon – Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali

Edward Zammit Lewis – Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u
l-Governanza

Roderick Galdes – Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali

Silvio Schembri – Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar

Julia Farrugia Portelli – Ministru għat-Turiżmu

Aaron Farrugia – Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar

Clint Camilleri – Ministru għall-Politika Agrarja u Sajd, Drittijiet tal-Annimali u
Protezzjoni tal-Konsumatur

Byron Camilleri – Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi

Min huma s-Segretarji Parlamentari?

Stefan Zrinzo Azzopardi – Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej fi ħdan
il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej

Clayton Bartolo – Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali fi
ħdan il-Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji

Clifton Grima – Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Volontarjat fi ħdan
il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Chris Agius – Segretarju Parlamentari għall-Artijiet u l-Kostruzzjoni fi ħdan
il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġett Kapitali

Silvio Parnis – Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u l-Persuni b’Diżabilità fi
ħdan il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali

Rosianne Cutajar – Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi fi ħdan il-Ministeru
għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza

Deo Debattista – Segretarju
Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u l-Indafa Pubblika fi ħdan
il-Ministeru għall-Politika Agrarja u Sajd, Drittijiet tal-Annimali u
Protezzjoni tal-Konsumatur

Alex Muscat – Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet fi ħdan
il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi

The post Ara min huma s-17-il Ministru u 8 Segretarju Parlamentari ġdid appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here